LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Xogħlok Se Jirreżistih in-Nar?
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Novembru 1
    • 4. (a) X’kien l-​irwol taʼ Pawlu fix-​xogħol taʼ bini Kristjan? (b) Għala jistaʼ jingħad li kemm Ġesù u kemm l-​udjenza tiegħu kienu jaraw l-​importanza taʼ pedamenti sodi?

      4 Biex bini jkun stabbli u jdum għal ħafna snin, jeħtieġ li jkollu pedament sod. B’hekk, Pawlu kiteb: “Skond il-​grazzja li tani Alla, bħala bennej għaqli, jiena qegħedt il-​pedament.” (1 Korintin 3:10) Waqt li uża tixbieha simili, Ġesù Kristu rrakkonta dwar dar li baqgħet wieqfa wara maltempata għaliex il-​bennej tagħha kien għażel pedament sod. (Luqa 6:47-49) Ġesù kien jaf kemm kienu importanti l-​pedamenti. Kien preżenti meta Jehovah sejjes l-​art infisha.a (Proverbji 8:29-31) Anki dawk fl-​udjenza taʼ Ġesù kienu fehmu l-​importanza taʼ pedamenti sodi. Id-​djar mibnijin fuq is-​sod biss kienu jibqgħu sħaħ wara l-​għargħar u t-​terremoti li kultant kienu jolqtu lill-​Palestina. Iżda, liema pedament kellu f’moħħu Pawlu?

  • Xogħlok Se Jirreżistih in-Nar?
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Novembru 1
    • 7. X’nistgħu nitgħallmu mir-​referenza li għamel Pawlu għalih innifsu bħala “bennej għaqli”?

      7 Pawlu nnota li dan it-​tagħlim hu għamlu “bħala bennej għaqli.” Din l-​istqarrija ma kinitx egotistika. Kienet sempliċement rikonoxximent tar-​rigal taʼ l-​għaġeb li Jehovah kien tah​—dak taʼ li jorganizza jew jidderieġi x-​xogħol. (1 Korintin 12:28) Irridu nammettu li llum m’għandniex id-​doni mirakolużi li kienu ngħataw lill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu. U forsi ma naħsbux dwarna nfusna bħala għalliema b’xi don speċjali. Imma f’sens importanti, hekk aħna. Ikkunsidra dan: Jehovah jagħtina l-​ispirtu qaddis tiegħu biex jgħinna. (Qabbel Luqa 12:11, 12.) U aħna għandna mħabba għal Jehovah u għarfien tat-​tagħlim bażiku mill-​Kelma tiegħu. Dawn huma rigali verament taʼ l-​għaġeb biex nużawhom meta ngħallmu lil oħrajn. Ejjew inkunu riżoluti li nużawhom biex inpoġġu l-​pedament xieraq.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja