‘Warrab Xi Ħaġa’
Fil-kongregazzjoni Kristjana tal-bidu, kien hemm bżonnijiet materjali li riedu jingħataw attenzjoni. Hekk kif kull individwu kien qed ikollu r-riżq, kien jiġi mħeġġeġ biex “iwarrab xi ħaġa” bħala kontribuzzjoni għal dawk il-bżonnijiet. (1 Kor. 16:1-3) Bħala riżultat tal-ġenerożità tagħhom, ilkoll kienu henjin f’li jagħtu “kotra taʼ radd il-ħajr lil Alla.”—2 Kor. 9:11, 12.
Illum ix-xogħol tal-poplu taʼ Jehovah mad-dinja kollha qed ikompli jinfirex, u b’hekk għandu bżonn taʼ iktar u iktar appoġġ finanzjarju. Huwa xieraq li aħna wkoll ‘inwarrbu xi ħaġa’ b’mod regulari ħalli ngħinu biex jintlaħaq dan il-bżonn. (2 Kor. 8:3, 4) L-għoti materjali jistaʼ jsir b’diversi modi. (Ara t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru 2001, paġni 28-9.) Aħna b’mod xieraq inqisuh bħala privileġġ li jġib ferħ veru.—Atti 20:35.