Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
6-12 taʼ Mejju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KORINTIN 4-6
“Ma naqtgħux qalbna”
it-1 724-725
Sabar
Hu wkoll importanti ħafna li dejjem niftakru fit-tama Kristjana, ħajja taʼ dejjem perfetta. Lanqas il-mewt mingħand dawk li jippersegwitawna ma tistaʼ ġġib fix-xejn din it-tama. (Rum 5:4, 5; 1Te 1:3; Ri 2:10) It-tbatija tal-preżent se tkun tidher insinifikanti meta mqabbla mat-twettiq taʼ din it-tama grandjuża. (Rum 8:18-25) Imqabbla mal-kundizzjonijiet li se jkun hemm fl-eternità, kwalunkwe tbatija, anki jekk tkun intensa meta dak li jkun iġarrabha, hi “mumentanja u ħafifa.” (2Ko 4:16-18) Persuna tistaʼ ma taqax f’disperazzjoni u tibqaʼ leali lejn Alla Ġeħova jekk iżżomm f’moħħha li l-provi huma temporanji u żżomm sod mat-tama Kristjana.
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
“Ġib tbissima fuq wiċċ Ġeħova”
David Splane tal-Ġemgħa li Tiggverna eżamina dik it-tema Skritturali. (2 Korintin 4:7) X’inhu t-teżor? Hu l-għarfien jew l-għerf? “L-ebda minnhom,” wieġeb il-kelliemi. “It-teżor li l-appostlu Pawlu tkellem dwaru hu ‘dan il-ministeru’ li ‘nuru l-verità.’” (2 Korintin 4:1, 2, 5) Ħuna Splane fakkar lill-istudenti li l-ħames xhur li qattgħu jistudjaw kienu bħala tħejjija għal inkarigu speċjali fil-ministeru. Dan l-inkarigu hu xi ħaġa li għandna ngħożżuh ħafna.
Il-kelliemi spjega li r-“reċipjenti tal-fuħħar” jirreferu għall-ġisem tagħna. Hu għamel kuntrast bejn reċipjent tal-fuħħar u reċipjent tad-deheb. Reċipjenti tad-deheb ma jintużawx spiss. Mill-banda l-oħra, ir-reċipjenti tal-fuħħar huma magħmulin biex jintużaw għax-xogħol. Jekk nitfgħu teżor f’reċipjent tad-deheb, nistgħu nibdew niffokaw fuq ir-reċipjent daqskemm niffokaw fuq it-teżor li jkun fih. “Intom l-istudenti ma tridux tiġbdu l-attenzjoni lejkom infuskom,” qal Ħuna Splane. “Bħala missjunarji, intom tridu tidderieġu lin-nies lejn Ġeħova. Intom reċipjenti tal-fuħħar ordinarji.”
20-26 taʼ Mejju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KORINTIN 11-13
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
w18.12-E 8 ¶10-12
Mistoqsijiet mill-qarrejja
“It-tielet sema” li tissemma fit-2 Korintin 12:2 x’aktarx li hi s-Saltna t’Alla mmexxija minn Ġesù Kristu u l-144,000, jiġifieri s-“smewwiet ġodda.”—2 Pt. 3:13.
Hi “t-tielet sema” għax is-Saltna hi tmexxija superjuri u tal-ogħla grad.
Il-“ġenna” li Pawlu “ttieħed” fiha fil-viżjoni x’aktarx li tirreferi (1) għall-Ġenna li se jkun hawn hawnhekk fuq l-art, (2) il-ġenna spiritwali li se teżisti dak iż-żmien u li se tkun iktar mifruxa mill-ġenna spiritwali li teżisti llum, u (3) “il-ġenna t’Alla” fis-sema li se tkun teżisti fid-dinja l-ġdida flimkien mat-tnejn l-oħra li ssemmew.
it-2 177
Bewsa
Il-“bewsa qaddisa.” Fost il-Kristjani tal-bidu kien hemm il-“bewsa qaddisa” (Rum 16:16; 1Ko 16:20; 2Ko 13:12; 1Te 5:26) jew il-“bewsa taʼ mħabba” (1Pt 5:14), u aktarx li din kienet tingħata lil individwi tal-istess sess. Din il-forma taʼ tislima bejn il-Kristjani tal-bidu jistaʼ jkun li kienet ġejja mill-prattika tal-Lhud tal-qedem li kienu jilqgħu lil xulxin b’bewsa. Għalkemm l-Iskrittura ma tagħti l-ebda dettall, il-“bewsa qaddisa” jew il-“bewsa taʼ mħabba” milli jidher tirrifletti l-imħabba u l-unità mill-aqwa li kien hemm fil-kongregazzjoni Kristjana.—Ġw 13:34, 35.
27 taʼ Mejju–2 taʼ Ġunju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | GALATIN 1-3
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
it-1 880
Ittra lill-Galatin
L-istqarrija taʼ Pawlu, “O Galatin bla sens,” mhijiex evidenza li hu kellu f’moħħu biss ċertu grupp etniku taʼ nies li d-dixxendenza tagħhom kienet ġejja min-naħa tat-Tramuntana tal-Galazja. (Ga 3:1) Minflok, Pawlu kien qed iċanfar lil ċertu wħud fil-kongregazzjonijiet t’hemmhekk talli ħallew lilhom infushom jiġu effettwati mid-drawwiet tal-Lhud li kien hemm fosthom. Dawn il-Lhud kienu qed jipprovaw jogħġbu lil Ġeħova billi jobdu l-liġi Mosajka minflok iħarsu l-patt il-ġdid li wieħed ‘jiġi dikjarat ġust bil-fidi.’ (Ga 2:15–3:14; 4:9, 10) Il-“kongregazzjonijiet tal-Galazja” (Ga 1:2) li Pawlu kitbilhom kienu magħmulin minn nies Lhud u mhux Lhud. In-nies mhux Lhud kienu kemm proseliti ċirkonċiżi u kemm Ġentili mhux ċirkonċiżi, u aktarx li xi wħud minnhom kienu taʼ dixxendenza Ċeltika, jiġifieri nies mill-Ewropa tal-Punent. (At 13:14, 43; 16:1; Ga 5:2) Kollha flimkien, huma kienu indirizzati bħala Kristjani Galatin, għax il-parti fejn kienu joqogħdu kienet tissejjaħ il-Galazja. Pawlu kiteb din l-ittra lil dawk li kien familjari magħhom li kienu joqogħdu fin-naħa tan-Nofsinhar taʼ din il-provinċja Rumana. Hu ma kellux f’moħħu lil nies li ma kienx jafhom u li kienu joqogħdu fin-naħa tat-Tramuntana u li milli jidher qatt ma kien żar.
it-2 587 ¶3
Pawlu
F’xi żmien wara dan, Pietru mar personalment Antjokja tas-Sirja u ssieħeb maʼ Kristjani Ġentili. Imma meta waslu ċertu Lhud minn Ġerusalemm, Pietru milli jidher ċeda għall-biżaʼ mill-bniedem u ma baqax jissieħeb maʼ nies mhux Lhud. Għaldaqstant kien qed jaġixxi kontra d-direzzjoni tal-ispirtu li quddiem Alla m’hemmx distinzjoni bejn ir-razez tan-nies. Anki Barnaba ġie żvijat. Pawlu nnota dan u b’kuraġġ ċanfar lil Pietru pubblikament għax l-imġiba tiegħu kienet taʼ ħsara għall-progress tal-Kristjanità.—Ga 2:11-14.