LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 5/15 pp. 11-13
  • “Intom Kontu Mixtrijin bi Prezz”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Intom Kontu Mixtrijin bi Prezz”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Qawwa tad-​Demm
  • L-​Ewwel Li Bbenefikaw mir-​Rahan
  • Jiġbor l-​Affarijiet fuq l-​Art
  • Il-​Fond tal-​Għerf u tal-​Imħabba t’Alla
  • Titlifx l-​Iskop Tiegħu
  • Ġeħova jipprovdi “fidwa għall-kotra”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Il-​Fidwa​—L-​Aqwa Rigal Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Rahan li Jikkorrispondi Għal Kulħadd
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-fidwa—L-aqwa rigal mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 5/15 pp. 11-13

“Intom Kontu Mixtrijin bi Prezz”

“Intom kontu mixtrijin bi prezz. B’kull mezz, igglorifikaw lil Alla fil-​ġisem tagħkom.”—1 KORINTIN 6:20.

1, 2. (a) X’inhu li fetaħ “il-​mogħdijiet ’il barra mill-​mewt”? (b) X’kien jeħtieġ li jsir biex is-​sagrifiċċju taʼ Kristu jkun legalment validu kif mogħti stampa bil-​quddiem minn liema ħaġa?

“IL-​VERU Alla hu għalina Alla taʼ atti li jsalvaw,” qal is-​salmista, “u lil Jehovah l-​Mulej Sovran jappartjenu l-​mogħdijiet ’il barra mill-​mewt.” (Salm 68:20) Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu fetaħ dik il-​mogħdija. Imma biex dak is-​sagrifiċċju jkun validu legalment, Kristu ried jagħmel dehra persunali quddiem Alla nnifsu.

2 Dan kien mogħti stampa tiegħu minn qabel f’Jum it-​Tpattija meta l-​qassis il-​kbir daħal fl-​Iktar Qaddis. (Levitku 16:12-15) “Madankollu,” kiteb l-​appostlu Pawlu, “meta Kristu ġie bħala qassis il-​kbir . . . , hu daħal, le, mhux bid-​demm taʼ mogħoż u taʼ barrin żgħar, imma b’demmu stess, darba għal dejjem fil-​post qaddis u kiseb ħelsien taʼ dejjem għalina. Għax Kristu daħal, mhux f’post qaddis magħmul bl-​idejn, li huwa kopja tar-​realtà, imma fis-​sema nnifsu, issa biex jidher quddiem il-​persuna t’Alla għalina.”—Ebrej 9:11, 12, 24.

Il-​Qawwa tad-​Demm

3. (a) Id-​demm kif inhu meqjus mill-​adoraturi taʼ Jehovah, u għala? (b) X’juri li d-​demm għandu l-​qawwa legali biex ipatti għad-​dnubiet?

3 Id-​demm taʼ Kristu liema rwol għandu fis-​salvazzjoni tagħna? Minn żmien Noè, il-​veri adoraturi qiesu d-​demm bħala sagru. (Ġenesi 9:4-6) Id-​demm jilgħab parti importanti fil-​proċess tal-​ħajja, għax il-​Bibbja tgħid li “r-​ruħ [jew ħajja] tal-​laħam hi fid-​demm.” (Levitiku 17:11) Mela l-​Liġi taʼ Mosè kienet tirrikjedi li meta annimal kien jiġi ssagrifikat, demmu jkun imferraʼ quddiem Jehovah. Xi drabi d-​demm kien impoġġi wkoll fuq l-​iqran tal-​artal. Biċ-​ċar, il-​qawwa li tpatti taʼ sagrifiċċju kienet fid-​demm tiegħu. (Levitiku 8:15; 9:9) “Kważi l-​affarijiet kollha huma mnaddfin bid-​demm skond il-​Liġi, u jekk demm ma jiġix imxerred l-​ebda maħfra ma ssir.”—Ebrej 9:22.

4. (a) Liema skop ġie milħuq billi Alla għamel restrizzjonijiet fl-​użu tad-​demm? (b) X’kien sinjifikanti dwar il-​mod li bih Ġesù ġie mogħti l-​mewt?

4 Mhux taʼ b’xejn, allura, li taħt il-​Liġi, kwalunkwe użu ħażin tad-​demm kien jiġi kkastigat bil-​mewt! (Levitiku 17:10) Aħna lkoll nafu li meta xi sustanza ssir rari, jew restritta b’mod sever fl-​użu tagħha, il-​valur tagħha jogħla. Ir-​restrizzjoni li Jehovah għamel fl-​użu tiegħu assigura li d-​demm kellu jiġi meqjus, mhux bħala xi ħaġa taʼ valur ordinarju, imma bħala prezzjuż, imprezzabbli. (Atti 15:29; Ebrej 10:29) Dan kien jaqbel mal-​għan eżaltat li kien se jilħaq id-​demm taʼ Kristu. B’mod xieraq, hu miet b’manjiera li kkaġunat lil demmu biex jiġi mxerred. B’hekk, kien evidenti li Kristu mhux biss issagrifika l-​ġisem uman tiegħu imma ferraʼ ruħu, issagrifika l-​istess ħajtu bħala bniedem perfett! (Isaija 53:12) Kristu ma tilifx id-​dritt legali għal dik il-​ħajja minħabba l-​imperfezzjoni, u għalhekk id-​demm imxerred tiegħu kellu valur kbir u setaʼ jiġi ppreżentat quddiem Alla għat-​tpattija tad-​dnubiet tal-​umanità.

5. (a) Kristu x’ħa miegħu fis-​sema, u għala? (b) Kif kien evidenti li Alla aċċetta s-​sagrifiċċju taʼ Kristu?

5 Kristu ma setax jieħu d-​demm litterali tiegħu fis-​sema. (1 Korintin 15:50) Minflok, hu ħa dak li kien jissimbolizza d-​demm: il-​valur legali tal-​ħajja ssagrifikata umana u perfetta tiegħu. Quddiem il-​persuna t’Alla, hu setaʼ jagħmel preżentazzjoni formali taʼ dik il-​ħajja bħala rahan bi bdil għall-​umanità midinba. L-​aċċettar taʼ Jehovah taʼ dak is-​sagrifiċċju sar evidenti f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K., meta l-​ispirtu qaddis niżel fuq 120 dixxiplu f’Ġerusalemm. (Atti 2:l-4) Kristu, bħal li kieku, issa kien is-​sid tar-​razza umana b’xiri. (Galatin 3:13; 4:5; 2 Pietru 2:1) Għaldaqstant, benefiċċji mir-​rahan setgħu jgelglu għal fuq l-​umanità.

L-​Ewwel Li Bbenefikaw mir-​Rahan

6. X’arranġamenti għamel Alla għall-​applikazzjoni tal-​benefiċċji mir-​rahan taʼ Kristu?

6 Dan ma kienx ifisser, madankollu, li l-​umanità setgħet tingħata perfezzjoni fiżika istantanja, għax jekk in-​natura midinba tal-​bniedem ma tiġix mirbuħa, perfezzjoni fiżika ma kellhiex tkun possibbli. (Rumani 7:18-24) Kif u meta kellu jiġi mirbuħ l-​istat midneb? Alla l-​ewwel irranġa għal 144,000 ‘qassisin (tas-sema) għal Alla tagħna biex jaħkmu bħala slaten għal fuq l-​art’ maʼ Kristu Ġesù. (Rivelazzjoni 5:9, 10; 7:4; 14:1-3) Permezz tagħhom il-​benefiċċji tar-​rahan se jiġu applikati bil-​mod il-​mod għall-​umanità matul perijodu taʼ elf sena.—1 Korintin 15:24-26; Rivelazzjoni 21:3, 4.

7. (a) X’inhu l-​patt il-​ġdid, min għandu sehem minnu, u liema skop jaqdi? (b) Għala kien jeħtieġ li sseħħ mewt biex tagħmel il-​patt il-​ġdid possibbli, u xi rwol għandu d-​demm taʼ Kristu?

7 Sadattant, il-​144,000 slaten u qassisin jiġu “mixtrijin minn fost il-​bnedmin.” (Rivelazzjoni 14:4) Dan jiġi mwettaq permezz taʼ “patt ġdid.” Dan il-​patt huwa kuntratt bejn Alla Jehovah u l-​Iżrael spiritwali t’Alla biex il-​membri tiegħu jaqdu bħala slaten u qassisin. (Ġeremija 31:31-34; Galatin 6:16; Ebrej 8:6-13; 1 Pietru 2:9) Iżda, kif inhu possibbli patt bejn Alla u bnedmin imperfetti? Pawlu jispjega: “Fejn hemm patt [bejn Alla u l-​bniedem imperfett], il-​mewt tal-​bniedem li jagħmel il-​patt tinħtieġ li tiġi fornuta. Għax patt hu validu fuq vittmi mejtin, ladarba ma jorbot f’ebda żmien waqt li l-​bniedem li jagħmel il-​patt hu ħaj.”—Ebrej 9:16, 17.

8, 9. Ir-​rahan kif inhu relatat mal-​patt il-​ġdid?

8 B’hekk, is-​sagrifiċċju taʼ rahan huwa fundamentali għall-​patt il-​ġdid, li tiegħu Ġesù huwa l-​Medjatur. Pawlu kiteb: “Hemm Alla wieħed, u medjatur wieħed bejn Alla u l-​bnedmin, bniedem, Kristu Ġesù, li ta lilu nnifsu bħala rahan li jikkorrispondi għal kulħadd—dan hu dak li għandha tingħata xiehda għalih fiż-​żminijiet partikulari tiegħu.” (1 Timotew 2:5, 6) Dawk il-​kelmiet speċjalment japplikaw għall-​144,000, li magħhom sar il-​patt il-​ġdid.

9 Meta Alla għamel patt maʼ Iżrael tal-​laħam, ma kienx validu legalment sakemm demm taʼ annimal ġie mxerred b’sagrifiċċju. (Ebrej 9:18-21) Bl-​istess mod, biex il-​patt il-​ġdid jibda jopera, Kristu ried ixerred id-​“demm tal-​patt.” (Mattew 26:28; Luqa 22:20) Bi Kristu li kien qed jaqdi kemm bħala Qassis il-​Kbir kif ukoll bħala “medjatur tal-​patt il-​ġdid,” Alla japplika l-​valur tad-​demm taʼ Ġesù għal dawk li ġew imdaħħlin ġol-​patt il-​ġdid, billi b’mod legali jsellifhom it-​tjieba umana. (Ebrej 9:15; Rumani 3:24; 8:1, 2) Alla mbagħad jistaʼ jdaħħalhom fil-​patt il-​ġdid biex isiru slaten u qassisin fis-​sema! Bħala l-​Medjatur u l-​Qassis il-​Kbir tagħhom, Ġesù jassistihom f’li jżommu waqfa nadifa quddiem Alla.—Ebrej 2:16; 1 Ġwann 2:1, 2.

Jiġbor l-​Affarijiet fuq l-​Art

10, 11. (a) Ir-​rahan kif jestendi iktar ’il bogħod mill-​Kristjani midlukin? (b) Min huma l-​folla kbira, u x’waqfa għandhom maʼ Alla?

10 Huma biss il-​Kristjani midlukin li jistgħu jġarrbu ħelsien bir-​rahan, il-​maħfra taʼ dnubiethom? Le, Alla qed jirrikonċilja miegħu l-​affarijiet l-​oħra kollha billi jagħmel paċi permezz tad-​demm imxerred fuq iz-​zokk tat-​tortura, kif jindika Kolossin 1:14, 20. Dan jinvolvi l-​affarijiet fis-​smewwiet (il-144,000) kif ukoll l-​affarijiet fuq l-​art. Dawn taʼ l-​aħħar huma dawk fil-​linja għall-​ħajja fuq l-​art, bnedmin li se jgawdu ħajja perfetta f’Ġenna fuq l-​art. Speċjalment mill-​1935 ’il hawn kien hemm sforz magħqud biex jinġabru uħud bħal dawn. Rivelazzjoni 7:9-17 jiddesrivihom bħala “folla kbira” li jafu s-​salvazzjoni lil Alla u lill-​Ħaruf. Huma xorta jinħtieġ li jsalvaw mit-​“tribulazzjoni kbira” u jiġu ‘ggwidati lejn għejjun taʼ ilmijiet tal-​ħajja,’ għax Rivelazzjoni 20:5 juri li wħud bħal dawn se jsiru ħajjin bis-​sħiħ, billi jkollhom ħajja perfetta umana, sat-​tmiem tar-​Renju taʼ Elf Sena taʼ Kristu. Dawk li mbagħad igħaddu l-​prova finali fl-​istat uman perfett tagħhom se jiġu ddikjarati twajbin għall-​ħajja taʼ dejjem fuq l-​art.—Rivelazzjoni 20:7, 8.

11 Minkejja dan, b’mod preliminari, il-​folla kbira diġà “ħaslu lbieshom u għamluhom bojod fid-​demm tal-​Ħaruf.” (Rivelazzjoni 7:14) Kristu ma jagħmilhiex taʼ Medjatur tal-​patt ġdid lejhom, iżda huma jibbenefikaw minn dan il-​patt permezz tal-​ħidma tas-​Saltna t’Alla. Kristu għadu jaġixxi lejhom, madankollu, bħala Qassis il-​Kbir, li permezz tiegħu Jehovah jistaʼ u tassew japplika r-​rahan sal-​punt li issa huma jiġu ddikjarati twajbin bħala ħbieb t’Alla. (Qabbel Ġakbu 2:23.) Matul il-​Millennju, huma bil-​mod il-​mod se ‘jinħelsu mill-​jasar għall-​korruzzjoni sakemm fl-​aħħarnett huma jkollhom il-​ħelsien glorjuż tat-​tfal t’Alla.’—Rumani 8:21.

12. Alla fuq liema bażi ttratta maʼ rġiel leali taż-​żmien taʼ qabel Kristu?

12 Inkwantu għall-​waqfa tagħhom quddiem Alla, jistaʼ jidher li dawk tal-​folla kbira ftit li xejn huma differenti minn adoraturi taʼ qabel Kristu. Madankollu, Alla tratta maʼ dawn tal-​aħħar bil-​provvediment futur tar-​rahan f’moħħu. (Rumani 3:25, 26) Huma gawdew maħfra taʼ dnubiethom biss b’mod proviżorju. (Salm 32:1, 2) Minflok ma ħelsuhom totalment milli “jkunu konxji taʼ dnubiethom,” is-​sagrifiċċji tal-​annimali ġagħluhom ikollhom “tfakkira tad-​dnubiet.”—Ebrej 10:1-3.

13. Liema vantaġġi għandna aħna fuq dawk il-​qaddejja t’Alla taʼ qabel Kristu?

13 Huwa differenti għall-​veri Kristjani llum. Huma jqimu fuq il-​bażi taʼ rahan li ġie mħallas! Permezz tal-​Qassis il-​Kbir tagħhom, huma ‘jersqu bil-​libertà tal-​kelma lejn it-​tron tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa.’ (Ebrej 4:14-16) Li tirrikonċilja ruħek maʼ Alla m’huwiex xi żvilupp ittamat imma realtà preżenti! (2 Korintin 5:20) Meta huma jiżżballjaw, jistgħu jirċievu maħfra vera. (Efesin 1:7) Huma jgawdu kuxjenza verament imnaddfa. (Ebrej 9:9; 10:22; 1 Pietru 3:21) Dawn il-​barkiet huma naqra mit-​togħma bil-​quddiem tal-​ħelsien glorjuż tat-​tfal t’Alla li l-​qaddejja taʼ Jehovah se jgawdu fil-​futur!

Il-​Fond tal-​Għerf u tal-​Imħabba t’Alla

14, 15. Ir-​rahan kif jenfasizza l-​għerf li ma tistax tispjegah taʼ Jehovah, kif ukoll it-​tjieba u l-​imħabba tiegħu?

14 X’rigal meraviljuż mingħand Jehovah huwa r-​rahan! Huwa jistaʼ jiġi mifhum faċilment, iżda profond biżżejjed biex igħaġġeb lill-​akbar intellettwali. Bir-​reviżjoni tagħna tax-​xogħlijiet tar-​rahan konna biss qed inħokku l-​wiċċ. Iżda, aħna nesklamaw mal-​appostlu Pawlu: “O kemm huma profondi r-​rikkezzi u l-​għerf u l-​għarfien t’Alla! Kemm ma jistgħux jinkixfu l-​ġudizzji tiegħu u ma jistgħux jinstabu l-​mogħdijiet tiegħu!” (Rumani 11:33) L-​għerf taʼ Jehovah huwa muri f’li hu kien kemm kapaċi jsalva l-​bnedmin kif ukoll jivvindika s-​sovranità tiegħu. Permezz tar-​rahan, “it-​tjieba t’Alla ntgħamlet tidher . . . Alla qiegħdu [lil Kristu] bħala offerta għat-​tpattija permezz tal-​fidi f’demmu.”—Rumani 3:21-26.

15 L-​ebda kritika ma tistaʼ tintafaʼ kontra Alla talli ħafer id-​dnubiet li kienu saru fil-​passat minn adoraturi taʼ qabel Kristu. Iktar minn hekk, l-​ebda kritika ma tistaʼ tintafaʼ kontra Jehovah talli ddikjara lill-​uħud midlukin twajbin bħala wliedu jew lill-​folla kbira bħala ħbiebu. (Rumani 8:33) Bi prezz għoli għalih innifsu, Alla kien legalment perfett, jew rett, fit-​trattar tiegħu, billi kompletament jipprova li kienet falza l-​istqarrija giddieba taʼ Satana li Jehovah huwa ħakkiem inġust! L-​imħabba bla egoiżmu t’Alla għall-​ħlejjaq tiegħu ġiet ukoll murija mingħajr ebda dubju.—Rumani 5:8-11.

16. (a) Ir-​rahan b’liema mod ipprovda biex jissetilja l-​kwistjoni tal-​integrità tal-​qaddejja t’Alla? (b) Ir-​rahan kif jagħtina bażi għall-​fidi f’dinja ġdida taʼ tjieba li ġejja?

16 Il-​mod kif ġie pprovdut ir-​rahan issetilja wkoll il-​kwistjonijiet li nvolvew l-​integrità tal-​qaddejja t’Alla. L-​ubbidjenza taʼ Ġesù waħedha wettqitu dan. (Proverbji 27:11; Rumani 5:18, 19) Imma żid maʼ dan il-​korsa taʼ ħajja tal-​144,000 Kristjani li, minkejja l-​oppożizzjoni minn Satana, jibqgħu leali sal-​mewt! (Rivelazzjoni 2:10) Ir-​rahan jagħmilha possibbli għal dawn biex jirċievu bħala l-​premju tagħhom l-​immortalità—ħajja indistruttibbli! (1 Korintin 15:53; Ebrej 7:16) Dan juri kemm hi assurda l-​istqarrija taʼ Satana li l-​qaddejja t’Alla m’humiex taʼ min jafdahom! Ir-​rahan tana wkoll bażi solida għall-​fidi fil-​wegħdiet t’Alla. Nistgħu naraw stampa taʼ salvazzjoni li hi “legalment stabbilita” permezz tas-​sagrifiċċju taʼ rahan. (Ebrej 8:6) Dinja ġdida taʼ tjieba hija b’hekk iggarantita!—Ebrej 6:16-19.

Titlifx l-​Iskop Tiegħu

17. (a) Xi wħud kif juru li mmissjaw il-​għan tar-​rahan? (b) X’jistaʼ jqanqalna biex nibqgħu nodfa moralment?

17 Biex jibbenefika mir-​rahan, huwa neċessarju li wieħed jakkwista għarfien, jeżerċita fidi, u jgħix mal-​livelli tal-​Bibbja. (Ġwann 3:16; 17:3) Relattivament ftit, iżda, huma lesti li jagħmlu dan. (Mattew 7:13, 14) Saħansitra fost il-​veri Kristjani, xi wħud jistgħu ‘jaċċettaw il-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u jitilfu l-​għan tagħha.’ (2 Korintin 6:1) Per eżempju, matul is-​snin eluf ġew maqtugħin mis-​sħubija minħabba kondotta ħażina sesswalment. X’ħasra meta tqis dak li Jehovah u Kristu għamlu għalina! M’għandux apprezzament għar-​rahan iqanqal lil dak li jkun biex jevita li jsir “jinsa t-​tindif tiegħu minn dnubietu taʼ żmien twil ilu”? (2 Pietru 1:9) Bix-​xieraq, allura, Pawlu ifakkar lill-​Kristjani: “Intom ġejtu mixtrijin bi prezz. B’kull mezz, igglorifikaw lil Alla fil-​ġisem tagħkom.” (1 Korintin 6:20) Li niftakru dan jagħtina motivazzjoni qawwija biex nibqgħu moralment nodfa!—1 Pietru 1:14-19.

18. Kristjan li jaqaʼ fi dnub serju kif jistaʼ xorta japprofitta ruħu mir-​rahan?

18 Xi ngħidu jekk xi ħadd ikun diġà waqaʼ fi dnub serju? Hu għandu jieħu vantaġġ mill-​maħfra li r-​rahan jagħmel possibbli, billi jilqaʼ l-​għajnuna mingħand indokraturi kollhom imħabba. (Ġakbu 5:14, 15) Saħansitra jekk dixxiplina iebsa hija meħtieġa, Kristjan niedem m’għandux iċedi taħt korrezzjoni bħal din. (Ebrej 12:5) Għandna din l-​assigurazzjoni meraviljuża mill-​Bibbja: “Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u ġust biex jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull nuqqas taʼ tjieba.”−1 Ġwann 1:9.

19. Liema ħarsa jistaʼ Kristjan ikollu tal-​kondotta ħażina li kellu qabel ma sab il-​verità?

19 Xi drabi l-​Kristjani huma skuraġġiti bla bżonn minħabba kondotta ħażina tal-​passat. “Qabel ma ġejt fil-​verità” kiteb wieħed ħu b’qalbu maqtugħa, “marti u jien laqqatna ħerpes genitali. Xi drabi nħossuna maħmugin, bħal li kieku ma ‘niffittjawx’ fl-​organizzazzjoni nadifa taʼ Jehovah.” Veru, saħansitra wara li jsiru Kristjani, xi wħud jistgħu jaħsdu grad taʼ sofferenza mill-​iżballji tal-​passat. (Galatin 6:7) Pero, m’hemm ebda raġuni biex iħossuhom maħmuġin f’għajnejn Jehovah jekk huma nidmu. “Id-​demm tal-​Kristu” huwa kapaċi “jnaddaf il-​kuxjenzi tagħna minn xogħlijiet mejta.”—Ebrej 9:14.

20. Il-​fidi fir-​rahan kif tistaʼ sserraħ lil Kristjan minn ħtija bla bżonn?

20 Iva, il-​fidi fir-​rahan tistaʼ tgħin biex tnaqqsilna tagħbijiet bla bżonn taʼ ħtija. Waħda oħt żagħżugħa ammettiet: “Jien ili nissielet mad-​drawwa maħmuġa tal-​masturbazzjoni għal ’il fuq minn 11-il sena issa. Darba minnhom kont kważi tlaqt mill-​kongregazzjoni, billi ħassejt li Jehovah qatt ma se jrid persuna diżġustanti li tniġġes lill-​kongregazzjoni tiegħu.” Irridu niftakru, iżda, li Jehovah huwa ‘tajjeb u lest li jaħfer’ sakemm aħna bil-​kuxjenza kollha niġġieldu b’ħilitna kollha kontra n-​nuqqas taʼ tjieba, u mhux inċedulha!—Salm 86:5.

21. Ir-​rahan kif għandu jeffettwa kif inħarsu lejn dawk li joffenduna?

21 Ir-​rahan għandu wkoll jeffettwana kif naġixxu maʼ oħrajn. Per eżempju, kif tirreaġixxi int meta Kristjan sieħbek joffendik? Testendi malajr il-​maħfra Kristjana? (Luqa 17:3, 4) Inti ‘tagħder b’tenerezza, taħfer lil oħrajn b’xejn sewwa sew bħalma Alla wkoll bi Kristu ħafirlek b’xejn’? (Efesin 4:32) Jew għandek it-​tendenza li żżomm fil-​komma jew iżżomm f’qalbek? Dak żgur juri li tkun qed timmissja l-​iskop tar-​rahan.—Mattew 6:15.

22, 23. (a) X’effett għandu jkollu r-​rahan fuq il-​miri u l-​mod taʼ ħajja tagħna? (b) Liema proponiment għandhom jagħmlu l-​Kristjani kollha rigward ir-​rahan?

22 Fl-​aħħar, apprezzament għar-​rahan għandu jkollu effett profond fuq il-​miri u l-​mod taʼ ħajja tagħna. Qal Pawlu: “Kontu mixtrijin bi prezz; ieqfu milli ssiru rsiera tal-​bnedmin.” (1 Korintin 7:23) Għadhom il-​ħtiġijiet ekonomiċi—id-​dar, l-​impjieg, l-​ikel, l-​ilbies—iċ-​ċentru taʼ ħajtek? Jew qed tfittex is-​Saltna l-​ewwel, billi tpoġġi fidi fil-​wegħda t’Alla li jipprovdilek? (Mattew 6:25-33) Jistaʼ jkun li qed titjassar għal dak li jimpjegak imma tonqos li tagħmel biżżejjed ħin għall-​attivitajiet teokratiċi? Ftakar li Kristu “ta lilu nnifsu għalina biex jistaʼ . . . jnaddaf għalih innifsu poplu esklussivament tiegħu, żeluż għal xogħlijiet mill-​aħjar.”—Titus 2:14; 2 Korintin 5:15.

23 “Ħajr lil Alla permezz taʼ Ġesù Kristu” għal dan ir-​rigal superlattiv—ir-​rahan! (Rumani 7:25) Jalla qatt ma nimmissjaw l-​iskop tar-​rahan imma nħalluh ikun forza reali f’ħajjitna. Bil-​ħsieb, bil-​kliem, u bl-​egħmil, jalla aħna dejjem nigglorifikaw lil Alla, niftakru b’mod grat li ġejna mixtrijin bi prezz.

Mistoqsijiet taʼ Reviżjoni

◻ Id-​demm għala huwa kkunsidrat bħala sagru, u d-​demm taʼ Kristu kif kien ippreżentat quddiem Jehovah fis-​sema?

◻ Liema rwol kellu d-​demm taʼ Kristu f’li jirratifika l-​patt il-​ġdid?

◻ Ir-​rahan kif jibbenefika lill-​midlukin u lill-​folla kbira?

◻ Kif nistgħu nuru li aħna ma mmissjajniex l-​iskop tar-​rahan?

[Stampa f’paġna 12]

Il-​qawwa li tpatti taʼ sagrifiċċju hija fid-​demm tal-​ħajja tiegħu

[Stampa f’paġna 13]

Wieħed li japprezza l-​maħfra mingħand Alla huwa lest li jestendi l-​maħfra lil oħrajn

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja