LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 55
  • Għin lill-Kongregazzjoni Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għin lill-Kongregazzjoni Tiegħek
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Nirringrazzjaw lil Ġeħova għall-Imħabba Tagħkom
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • “Għotja lil Ġeħova”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar ix-Xogħol u l-Flus?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Ix-Xogħol tax-Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 55
Lezzjoni 55. Aħwa rġiel u nisa jieħdu ħsieb is-​Sala tas-​Saltna minn barra.

LEZZJONI 55

Għin lill-​Kongregazzjoni Tiegħek

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Miljuni t’aħwa jaqdu lil Ġeħova f’eluf taʼ kongregazzjonijiet madwar id-​dinja. Huma japprezzaw l-​istruzzjonijiet u t-​tagħlim li jirċievu, u lesti li jgħinu l-​kongregazzjoni b’ħafna modi. Int tħossok bħalhom?

1. Kif tistaʼ tuża l-​ħin u l-​enerġija tiegħek biex tgħin il-​kongregazzjoni?

Kulħadd jistaʼ jgħin fil-​kongregazzjoni. Pereżempju fil-​kongregazzjoni tiegħek, hemm aħwa kbar fl-​età jew mhux b’saħħithom? Tistaʼ tgħinhom imorru l-​laqgħat? Jew tistaʼ tgħinhom b’affarijiet oħra, bħal li tixtrilhom l-​ikel jew tgħinhom inaddfu d-​dar? (Aqra Ġakbu 1:​27.) Nistgħu nkunu lesti li ngħinu biex innaddfu u nieħdu ħsieb is-​Sala tas-​Saltna. Aħna ma nagħmlux dawn l-​affarijiet taʼ bilfors. Aħna nħobbu lil Ġeħova u lil ħutna, allura ‘noffru lilna nfusna minn rajna.’​—Salm 110:3.

Xhieda mgħammdin jistgħu jgħinu lill-​kongregazzjoni b’modi oħra wkoll. Irġiel spiritwali jistgħu jikkwalifikaw bħala qaddejja ministerjali jew anzjani biex jgħinu iżjed fil-​kongregazzjoni. Kulħadd jistaʼ jgħin iżjed fix-​xogħol tal-​ippritkar billi jaqdi bħala pijunier. Oħrajn jistgħu jgħinu billi jibnu postijiet fejn naqdu lil Ġeħova jew imorru f’kongregazzjonijiet fejn hemm iżjed bżonn.

2. Kif nistgħu ngħinu l-​kongregazzjoni b’dak li għandna?

Aħna nistgħu ‘nonoraw lil Ġeħova bl-​affarijiet prezzjużi tagħna.’ (Proverbji 3:9) Minn qalbna nagħtu flus u affarijiet oħra biex ngħinu lill-​kongregazzjoni tagħna u x-​xogħol tal-​ippritkar madwar id-​dinja. (Aqra t-​2 Korintin 9:7.) Dak li nagħtu jintuża wkoll biex jgħin meta jkun hemm diżastri. Ħafna jiddeċiedu li ‘jwarrbu xi ħaġa’ b’mod regolari għal donazzjoni. (Aqra l-​1 Korintin 16:2.) Aħna nistgħu nagħtu l-​flus għad-​donazzjonijiet fuq donate.jw.org jew fil-​kaxxi tal-​kontribuzzjonijiet fejn niltaqgħu biex naqdu lil Ġeħova. Hu jagħtina ċ-​ċans li nuru kemm inħobbuh bil-​mod kif nużaw dak li għandna.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif tistaʼ tgħin il-​kongregazzjoni tiegħek.

3. Nistgħu nagħtu milli għandna

Ġeħova u Ġesù jħobbu lil dawk li jagħtu minn qalbhom. Pereżempju, Ġesù faħħar lill-​armla l-​fqira li xorta tat xi ħaġa lil Ġeħova. Aqra Luqa 21:​1-​4, u mbagħad iddiskuti:

  • Biex Ġeħova jieħu pjaċir bina, irridu nagħtu ħafna flus?

  • Ġeħova u Ġesù kif iħossuhom meta nagħtu minn qalbna?

Biex issir taf kif jintużaw id-​donazzjonijiet tagħna, ara l-​VIDJOW. Imbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: ‘Għotja lil Ġeħova’ (4:​47)

  • Id-​donazzjonijiet kif jintużaw biex jgħinu l-​kongregazzjonijiet madwar id-​dinja?

Oħt kbira fl-​età titfaʼ donazzjoni fil-​kaxxa tal-​kontribuzzjonijiet.

4. Nistgħu noffru biex ngħinu

Fi żmien il-​Bibbja, il-​qaddejja taʼ Ġeħova kienu jaħdmu iebes biex jieħdu ħsieb il-​postijiet fejn jaqdu lil Ġeħova. Imma dan ma kienx billi jagħtu l-​flus biss. Aqra t-​2 Kronaki 34:​9-​11, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet.

  • Kull Iżraeli kif kien jgħin biex jieħu ħsieb id-​dar taʼ Ġeħova, jiġifieri l-​post fejn kienu jaqduh?

Biex tara kif ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għadhom jimxu ma’ dak l-​eżempju, ara l-​VIDJOW. Imbagħad iddiskuti.

VIDJOW: Nieħdu ħsieb il-​postijiet tal-​qima tagħna (3:​31)

Stampa mill-​vidjow ‘Nieħdu ħsieb il-​postijiet tal-​qima tagħna.’ Irġiel, nisa u tfal inaddfu s-​Sala tas-​Saltna minn ġewwa.
  • Għala hu importanti li nżommu s-​Sala tas-​Saltna nadifa u f’kundizzjoni tajba?

  • B’liema modi tistaʼ tgħin?

Grupp t’aħwa jgħinu biex jibnu Sala tas-​Saltna.

5. Aħwa rġiel jistgħu jikkwalifikaw għal iżjed responsabbiltajiet

Il-​Bibbja tinkuraġġixxi lill-​irġiel Kristjani biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jgħinu lill-​kongregazzjoni. Biex tara eżempju, ara l-​VIDJOW. Imbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: Aħwa Rġiel Ibqgħu Imxu ’l Quddiem Spiritwalment (5:​19)

  • Fil-​vidjow, Ryan x’għamel biex jgħin iżjed fil-​kongregazzjoni?

Il-​Bibbja tispjega xi jridu jagħmlu l-​aħwa rġiel biex isiru qaddejja ministerjali jew anzjani. Aqra l-​1 Timotju 3:​1-​13, u mbagħad iddiskuti:

  • Xi jridu jagħmlu l-​aħwa rġiel biex isiru qaddejja ministerjali jew anzjani?

  • Il-​familja tiegħu xi jridu jagħmlu? ​—Ara versi 4 u 11.

  • Meta l-​aħwa rġiel jirsistu biex jikkwalifikaw, kif se jgħinu lil kulħadd fil-​kongregazzjoni?

Ħu żagħżugħ jgħin lil ħu kbir f’wheelchair waqt is-​service.

XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova minn fejn iġibu l-​flus għax-​xogħol li jagħmlu?”

  • Int kif twieġeb?

XI DDISKUTEJNA?

Ġeħova japprezza ħafna l-​isforzi tagħna biex ngħinu lill-​kongregazzjoni bil-​ħin, bl-​enerġija, u bl-​affarijiet tagħna.

X’Tgħallimt

  • Kif tistaʼ tuża l-​ħin u l-​enerġija tiegħek biex tgħin il-​kongregazzjoni?

  • Kif nistgħu ngħinu lill-​kongregazzjoni b’dak li għandna?

  • B’liema modi tixtieq tgħin il-​kongregazzjoni?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Sir af għala m’għadx hemm bżonn li nagħtu għaxra fil-​mija lil Alla.

“Il-​Bibbja X’Tgħid Dwar li Tagħti Għaxra fil-​Mija?” (Artiklu fuq jw.org)

Il-Bibbja tagħti xi responsabbiltajiet lill-irġiel mgħammdin. Imma x’għandha tagħmel oħt mgħammda jekk tingħata responsabbiltà minn dawn?

“L-Awtorità li Għandhom l-Anzjani fil-Kongregazzjoni” (It-​Torri tal-​Għassa, Frar 2021)

Ara aħwa kuraġġużi li għamlu sagrifiċċji kbar biex iwasslu l-​pubblikazzjonijiet lil aħwa oħra.

Titwassal letteratura Biblika fil-​Kongo (4:​25)

Ara kif il-​flus għax-​xogħol tagħna jiġu b’mod differenti ħafna minn organizzazzjonijiet reliġjużi oħra.

“Ix-​Xogħol tax-​Xhieda taʼ Ġeħova Kif Jiġi Finanzjat?” (Artiklu fuq jw.org)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja