LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Sejjaħ lill-Irġiel Ixjeħ”
    It-Torri tal-Għassa—1993 | Awwissu 15
    • 18, 19. Anzjani Kristjani liema rwol għandhom f’konnessjoni maʼ Galatin 6:​2, 5?

      18 L-​anzjani Kristjani jridu jerfgħu fuq spallejhom ir-​responsabbiltà tagħhom lejn il-​merħla t’Alla. Iridu jkunu taʼ appoġġ. Per eżempju, Pawlu qal: “L-​aħwa, saħansitra għalkemm raġel jieħu xi pass falz qabel ma jinduna bih, intom li għandkom kwalifiki spiritwali ppruvaw irranġaw lil raġel bħal dan fi spirtu taʼ ħlewwa, fil-​waqt li kull wieħed minnkom iżomm għajn fuqu nnifsu, minħabba l-​biżaʼ li inti wkoll tistaʼ tiġi ttantat. Komplu ġorru t-​tagħbijiet tqal taʼ xulxin, u b’hekk wettqu l-​liġi tal-​Kristu.” L-​appostlu kiteb ukoll: “Kull wieħed se jġorr it-​tagħbija tiegħu stess.”—Galatin 6:​1, 2, 5.

      19 Kif nistgħu aħna nġorru t-​tagħbijiet tqal taʼ xulxin u madankollu nkunu qegħdin inġorru t-​tagħbija tagħna stess? Id-​differenza fit-​tifsir tal-​kelmiet Griegi tradotti “tagħbijiet tqal” u “tagħbija” tforni l-​muftieħ. Jekk Kristjan jidħol f’diffikultà spiritwali li hija tqila ferm għalih, l-​anzjani u mseħbin oħrajn tal-​istess twemmin jagħtuh il-​għajnuna, u b’hekk igħinuh biex iġorr it-​“tagħbijiet tqal” tiegħu. Madankollu, l-​individwu nnifsu huwa mistenni li jġorr it-​“tagħbija” tiegħu stess taʼ responsabbiltà lejn Alla.a L-​anzjani bil-​ferħ iġorru “t-​tagħbijiet tqal” taʼ ħuthom permezz tal-​inkuraġġiment, tal-​parir mill-​Iskrittura, u tat-​talb. Madankollu, l-​anzjani ma jiħdulniex it-​“tagħbija” persunali tagħna taʼ responsabbiltà spiritwali.​—Rumani 15:1.

  • “Sejjaħ lill-Irġiel Ixjeħ”
    It-Torri tal-Għassa—1993 | Awwissu 15
    • a A Linguistic Key to the Greek New Testament, minn Fritz Rienecker, jagħti definizzjoni taʼ phor·tiʹon bħala “tagħbija li wieħed huwa mistenni li jġorr” u jżid: “Kienet użata bħala frażi militari għal xkora taʼ raġel jew borża taʼ suldat.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja