LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gm kap. 7 pp. 37-41
  • Il-Bibbja Tikkontradixxi Lilha Nfisha?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja Tikkontradixxi Lilha Nfisha?
  • Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xhieda Indipendenti
  • Aqra l-Kuntest
  • Punti di Vista Differenti
  • Aqra r-Rakkont bir-Reqqa
  • Prova taʼ Indipendenza
  • Il-Bibbja fiha kontradizzjonijiet?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Min kienet il-​mara taʼ Kajjin?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Għala Tistaʼ Tafda l-Bibbja
    Għala Tistaʼ Tafda l-Bibbja
  • Il-Bibbja Tikkontradixxi Lilha Nfisha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
gm kap. 7 pp. 37-41

Kapitlu 7

Il-Bibbja Tikkontradixxi Lilha Nfisha?

Akkuża li spiss issir kontra l-Bibbja hi li hi tikkontradixxi lilha nfisha. Ġeneralment, nies li jagħmlu din l-akkuża ma qrawhiex il-Bibbja personalment; sempliċiment qegħdin jirrepetu dak li semgħu. Xi wħud, iżda, sabu dawk li jidhru qishom kontradizzjonijiet ġenwini u dawn inkwetawħom.

1, 2. (Inkludi l-introduzzjoni.) (a) Liema akkuża ssir spiss kontra l-Bibbja? (b) Meta nqabblu passaġġi differenti tal-Bibbja, x’⁠għandna niftakru? (ċ) X’⁠inhuma xi raġunijiet għala kultant ikun hemm xi differenza fll-mod kif żewġ kittieba tal-Bibbja jirrapportaw l-istess ġrajja?

JEKK hija tassew il-Kelma t’⁠Alla, il-Bibbja għandha tkun fl qbil magħha nfisha, mhux kontradittorja. Għala, mela, xi passaġġi jidhru li jikkontradixxu lil xulxin? Biex inwieġbu, irridu niftakru li, fil-waqt li l-Bibbja hija l-Kelma t’⁠Alla, hi nkitbet minn għadd taʼ rġiel tul perijodu taʼ bosta sekli. Dawn il-kittieba kellhom sfond differenti, stili differenti taʼ kif jiktbu, u doni differenti, u dawn id-differenzi kollha huma riflessi fil-kitba.

2 Iktar minn hekk, jekk tnejn jew iktar kittieba jiddiskutu l-istess ġrajja, wieħed jistaʼ jinkludi dettalji li l-ieħor iħalli barra. Ukoll, kittieba differenti jippreżentaw is-suġġett b’⁠modi differenti. Wieħed jistaʼ jikteb b’⁠mod kronoloġiku, fil-waqt li l-ieħor jistaʼ jsegwi arranġament differenti. F’⁠dan il-kapitlu, se nippreżentaw xi hekk imsejħa kontradizzjonijiet fil-Bibbja u nikkunsidraw kif dawn jistgħu jiftehmu, billi nieħdu in konsiderazzjoni dak li għidna hawn fuq.

Xhieda Indipendenti

3, 4. Rigward l-ufflċjal tal-armata li kellu l-qaddej tiegħu marid, x’⁠hemm li qisha diskrepanza bejn ir-rakkont taʼ Mattew u dak taʼ Luqa, u dawn ir-rakkonti kif jistgħu jiġu rrikonċiljati?

3 Xi “kontradizzjonijiet” iqumu meta jkollna żewg rakkonti jew iktar dwar l-istess suġġett. Per eżempju, f’⁠Mattew 8:5 naqraw li, meta Ġesù ġie ġewwa Kapernahum, “ufflċjal tal-armata ġie għandu, jitolbu bil-ħniena,” jistaqsi lil Ġesù biex iffejjaqlu lill-qaddej tiegħu. Imma f’⁠Luqa 7:​3, naqraw dwar dan l-ufflċjal tal-armata li hu “bagħat lil xi rġiel ixjeħ tal-Lhud għandu biex jitolbu [lil Ġesù] jiġi u jfejjaq lill-irsir tiegħu.” Kien l-uffiċjal tal-armata li kellem lil Ġesù, jew bagħat hu lill-irġiel ixjeħ?

4 It-tweġiba hi, b’⁠mod ċar, li r-raġel bagħat lill-anzjani tal-Lhud. Għala, mela, jgħid Mattew li r-raġel innifsu talab lil Ġesù bil-ħniena? Għaliex, effettivament, ir-raġel staqsa lil Ġesù permezz tal-anzjani Lhud. L-anzjani qdew bħala l-kelliema tiegħu.

5. Il-Bibbja għala tgħid li Salamun bena t-tempju, meta x-xogħol attwali jidher ċar li sar minn oħrajn?

5 Biex nagħtu eżempju taʼ dan, fit-​2 Kronaki 3:​1, naqraw: “Sa fl-aħħar Salamun beda jibni d-dar taʼ Jehovah f’⁠Ġerusalemm.” Iktar tard, naqraw: “B’⁠hekk Salamun lesta d-dar taʼ Jehovah.” (2 Kronaki 7:11) Kien Salamun li personalment bena t-tempju mill-bidu sat-tmiem? Dażgur li le. Ix-xogħol attwali tal-bini sar minn kotra taʼ nies tas-sengħa u ħaddiema. Imma Salamun kien l-organizzatur tax-xogħol, il-wieħed responsabbli. B’⁠hekk, il-Bibbja tgħid li hu bena d-dar. Bl-istess mod, il-Vanġelu taʼ Mattew igħidilna li l-kmandant militari avviċina lil Ġesù. Imma Luqa jagħtina d-dettal miżjud li hu awiċinah permezz tal-anzjani Lhud.

6, 7. Kif nistgħu nirrikonċiljaw iż-żewġ rakkonti differenti tal-Vanġelu dwar it-talba taʼ wlied Żebedew?

6 Hawn eżempju simili. F’⁠Mattew 20: 20, 21, naqraw: “Omm ulied Żebedew avviċinat [lil Ġesù] ma’ wliedha, waqt li baxxiet rasha lejh u staqsietu għal xi ħaġa mingħandu.” Dak li talbet kien li wliedha għandhom jkollhom l-iktar pożizzjoni ffavorita meta Ġesù jkun ġie fis-Saltna tiegħu. Fir-rakkont taʼ Mark dwar l-istess ġrajja, naqraw: “Ġakbu u Ġwanni, iż-żewġ ulied taʼ Żebedew, resqu pass lejh u qalulu [lil Ġesù]: ‘Għalliem, irriduk tagħmlilna hu x’⁠inhu li nitolbuk.’⁠” (Mark 10:​35-37) Kienu ż-żewġ ulied taʼ Żebedew, jew kienet ommhom, li għamlet it-talba lil Ġesù?

7 Jidher ċar li kienu ż-żewġ ulied taʼ Żebedew li għamlu t-talba, bħalma jistqarr Mark. Imma għamluha permezz taʼ ommhom. Hi kienet dik li tkellmet għalihom. Dan hu appoġġjat mir-rapport taʼ Mattew li meta l-appostli l-oħra semgħu b’⁠dak li kienet għamlet omm ulied Żebe-dew, huma rrabjaw, mhux għall-omm, imma “għaż-żewġ aħwa.”−Mattew 20:⁠24.

8. Kif inhu possibbli għal żewġ rakkonti differenti tal-istess ġrajja li ma jkunux l-istess bħal xulxin u xorta jkunu t-tnejn verità?

8 Qatt smajt lil tnejn min-nies jiddeskrivu xi ġrajja li t-tnejn ikunu raw? Jekk inhu hekk, innotajt int li kull wieħed minnhom jenfasizza xi dettal li jkun impressjona lilu? Wieħed forsi jħalli barra xi affarijiet li l-ieħor jinkludihom. It-tnejn, madankollu, jkunu qed igħidu l-verità. Hu l-istess fll-każ tar-rakkonti tal-ministeru taʼ Ġesù fl-erba’ Vanġeli, kif ukoll fil-każ taʼ ġrajjiet storiċi oħra rrapportati minn iktar minn kittieb wieħed tal-Bibbja. Kull kittieb kiteb informazzjoni preċiża saħansitra meta wieħed żamm xi dettalji li l-ieħor ħalla barra. Billi nqisu r-rakkonti kollha, nistgħu niksbu fehma iktar sħiħa taʼ xi jkun ġara. Varjazzjonijiet bħal dawn jagħtu prova li r-rakkonti tal-Bibbja huma indipendenti. U l-qbil essenzjali bejniethom jagħti prova li huma veri.

Aqra l-Kuntest

9, 10. Il-kuntest b’⁠liema mod igħinna naraw minfejn Kajjin ġab lil martu?

9 Spiss, xi wħud li jidhru bħala inkonsistenzi jistgħu jiġu solvuti jekk inħarsu sempliċement lejn il-kuntest. Ikkunsidra, per eżempju, il-problema li spiss titqajjem dwar mart Kajjin. F’⁠Ġenesi 4:​1, 2 naqraw: “Maż-żmien [Eva] wildet lil Kajjin u qalet: ‘Jien ipproduċejt raġel bil-għajnuna taʼ Jehovah.’ Iktar tard hi reġgħet wildet, lil ħuh Abel.” Bħalma hu magħruf sew, Kajjin qatel lil Abel; imma wara dan, naqraw li Kajjin kellu mara u wlied. (Ġenesi 4:17) Jekk Adam u Eva kellhom biss żewġ ulied, Kajjin fejn sabha lil martu?

10 Is-soluzzjoni qiegħda fil-fatt li Adam u Eva kellhom iktar minn żewġ ulied. Skond il-kuntest, huma kellhom familja kbira. F’⁠Ġenesi 5:3 naqraw li Adam sar missier għal iben ieħor jismu Set u mba-għad, fil-vers taʼ wara, naqraw: “Hu sar missier għal ħafna wlied subien u bniet.” (Ġenesi 5:⁠4) Mela Kajjin seta żżewweġ li xi waħda minn ħutu l-bniet jew saħansitra lil xi neputija minn tiegħu. F’⁠dak l-istadju bikri tal-istorja umana, meta l-bniedem kien tant qrib lejn il-perfezzjoni, żwieġ bħal dan milli jidher ma kien jippreżenta ebda riskji għall-ulied minn għaqda bħal din bħalma jiġri llum.

11. Lejn liema nuqqas allegat taʼ qbil bejn Ġakbu u l-appostlu Pawlu jippontaw xi wħud?

11 Li nikkunsidraw il-kuntest igħinna wkoll biex nifhmu dak li xi wħud sostnew li hu nuqqas taʼ qbil bejn l-appostlu Pawlu u Ġakbu. F’⁠Efesin 2:​8, 9, Pawlu jgħid li Kristjani huma salvati bil-fidi, mhux bix-xogħlijiet. Hu jgħid: “Intom ġejtu salvati permezz tal-fidi . . . mhux minħabba x-xogħlijiet.” Ġakbu, madankollu, jinsisti dwar l-importanza tax-xogħlijiet. Hu jikteb: “Bħalma l-ġisem mingħajr spirtu hu mejjet, hekk ukoll fldi mingħajr xogħlijiet hi mejta.” (Ġakbu 2:26) Dawn iż-żewġ stqarrijiet kif jistgħu jiġu rrikonċiljati?

12, 13. Il-kliem taʼ Ġakbu kif jikkomplimenta minflok ma jikkontradixxi lil dak tal-appostlu Pawlu?

12 Billi nikkunsidraw il-kuntest tal-kliem taʼ Pawlu, aħna nistgħu nsibu li stqarrija waħda tikkumplimenta lil oħra. L-appostlu Pawlu qed jirreferi għall-isforz tal-Lhud li jżommu mal-Liġi taʼ Mosè. Huma kienu jemmnu li jekk iżommu l-Liġi fid-dettalji kollha tagħha, kienu se jkunu twajbin. Pawlu wera li dan kien impossibbli. Qatt ma nistgħu nsiru twajbin−u b’⁠hekk ikun jixirqilna s-salvazzjoni−bix-xogħlijiet tagħna stess, għaliex aħna midinbin minn twelidna. Nistgħu biss niġu salvati permezz tal-fidi fis-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala rahan.−Rumani 5:⁠18.

13 Ġakbu, madankollu, jżid il-punt vitali li l-fidi fiha nfisha hija bla valur jekk mhix appoġġjata minn azzjonijiet. Wieħed li jsostni li għandu fidi f’⁠Ġesù għandu jagħti prova tagħha b’⁠dak li jagħmel. Fidi inattiva hi fidi mejta u mhix se twassal lejn is-salvazzjoni.

14. F’⁠liema passaġġi juri Pawlu li hu fl qbil sħiħ mal-prinċipju li fldi ħajja trid tkun murija b’⁠xogħlijiet?

14 L-appostlu Pawlu kien fi qbil sħiħ ma’ dan, u spiss isemmi x-xorta taʼ xogħlijiet li l-Kristjani għandhom jieħdu sehem fihom biex juru l-fidi tagħhom. Per eżempju, lir-Rumani hu kiteb: “Bil-qalb wieħed jeżerċita fidi għat-tjieba, imma bil-fomm wieħed jagħmel dikjarazzjoni pubblika għas-salvazzjoni.” Li nagħmlu “dikjarazzjoni pubblika”−billi naqsmu l-fidi tagħna m’⁠oħrajn−huwa vitali għas-salvazzjoni. (Rumani 10:10; ara wkoll 1 Korintin 15:58; Efesin 5:​15, 21-33; 6:15; 1 Timotew 4:16; 2 Timotew 4:5; Ebrej 10:​23-25.) Ebda xogħol, madankollu, li Kristjan jistaʼ jagħmel, u ċertament ebda sforz biex iwettaq il-Liġi taʼ Mosè, ma se jaqlagħlu d-dritt għal ħajja taʼ dejjem. Dan hu “l-għotja t’⁠Alla” lil dawk li jeżerċitaw fidi.−Rumani 6:23; Ġwann 3:⁠16.

Punti di Vista Differenti

15, 16. Kif setgħu kemm Mosè u kemm Ġożwè jkunu korretti meta wieħed qal li l-Lvant tal-Ġordan kien “din in-naħa” tax-xmara waqt li l-ieħor qal li kien “in-naħa l-oħra”?

15 Xi drabi l-kittieba tal-Bibbja kitbu dwar l-istess ġrajja minn punti di vista differenti, jew ippreżentaw ir-rakkonti tagħhom b’⁠modi differenti. Meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni dawn id-differenzi, każi oħra li jidhru qishom kontradizzjonijiet jistgħu faċilment jiġu solvuti. Eżempju taʼ dan qiegħed f’⁠Numri 35: 14, fejn Mosè jitkellem dwar it-territorju lejn il-Lvant tal-Ġordan bħala li qiegħed “fuq din in-naħa tal-Ġordan.” Ġożwè, madankollu, meta tkellem dwar l-art lejn il-Lvant tal-Ġordan, isejħilha “in-naħa l-oħra tal-Ġordan.” (Ġożwè 22:⁠4) Liema hi t-tajba?

16 Fil-fatt, it-tnejn huma tajbin. Skond ir-rakkont f’⁠Numri, l-Iżraeliti, kienu għadhom ma qasmux ix-Xmara Ġordan għal ġol-Art Imwiegħda, u għalhekk għalihom il-Lvant tal-Ġordan kien “din in-naħa.” Imma Ġożwè kien digà qasam il-Ġordan. Hu kien issa, fiżikament, fil-Punent tax-xmara, fl-art taʼ Kangħan. Mela l-Lvant tal-Ġordan kien, għalih, “in-naħa l-oħra.”

17. (a) Lejn liema inkonsistenza allegata jippontaw xi wħud fl-ewwel żewġ kapitli taʼ Ġenesi? (b) X’⁠inhi r-raġuni bażika għal dik is-suppost diskrepanza?

17 Ukoll, il-mod kif ikun mibni xi rakkont jistaʼ jwassal għal qisha kontradiz-zjoni. F’⁠Ġenesi 1:​24-26, il-Bibbja tindika li l-annimali nħalqu qabel il-bniedem. Imma f’⁠Ġenesi 2:​7, 19, 20, donnha tgħid li l-bniedem inħalaq qabel l-annimali. Għala d-diskrepanza? Għaliex iż-żewġ rakkonti tal-ħolqien jiddiskutuh minn żewġ punti di vista differenti. Tal-ewwel jiddeskrivi l-ħolqien tas-smewwiet u l-art u dak kollu taʼ ġo fihom. (Ġenesi 1:1–2:⁠4) Tat-tieni jikkonċentra fuq il-ħolqien tar-razza umana u l-waqgħa tal-bniedem fid-dnub.−Ġenesi 2:​5–4:⁠26.

18. Kif nistgħu nirrikonċiljaw dawk li jidhru qishom diskrepanzi bejn iż-żewġ rakkonti tal-ħolqien fll-kapitli bikrin taʼ Ġenesi?

18 L-ewwel rakkont huwa mibni kronoloġikament, maqsum f’⁠sitt “ijiem” konsekuttivi. It-tieni wieħed hu miktub f’⁠ordni taʼ importanza topika. Wara daħla qasira, dan b’⁠mod loġiku jmur dritt lejn il-ħolqien taʼ Adam, ladarba hu u l-familja tiegħu huma s-suġġett taʼ dak li jiġi wara. (Ġenesi 2:⁠7) Tagħrif ieħor huwa mbagħad introdott skond ma jkun meħtieġ. Nitgħallmu li wara l-ħolqien tiegħu Adam kellu jgħix fi ġnien ġewwa Għeden. Mela jissemma issa t-tħawwil tal-ġnien taʼ Għeden. (Ġenesi 2:​8, 9, 15) Jehovah igħid lil Adam biex jagħti isem “lil kull bhima selvaġġa tal-għalqa u lil kull ħlejqa li ttir fis-smewwiet.” Issa, mela, hu l-ħin biex jissemma li “Jehovah kien qed isawwar mill-art” lil dawn il-ħlejjaq kollha, għalkemm il-ħolqien tagħhom beda ferm qabel ma Adam deher fix-xena.−Ġenesi 2:19; 1:​20, 24, 26.

Aqra r-Rakkont bir-Reqqa

19. Liema ħaġa li tidher imħawda teżisti flr-rakkont tal-Bibbja dwar il-konkwista taʼ Ġerusalemm?

19 Xi drabi, kulma hu meħtieġ biex issolvi dawk li jidhru bħala kontradizzjonijiet hu li taqra r-rakkont bir-reqqa u li tirraġuna fuq it-tagħrif ipprovdut. Dan hu l-każ meta nikkunsidraw il-konkwista taʼ Ġerusalemm mill-Iżraeliti. Ġerusalemm kienet fil-lista bħala parti mill-wirt taʼ Benjamin, imma naqraw li t-tribù taʼ Benjamin ma rnexxilux jikkonkwistaha. (Ġożwè 18:28; Imħallfin 1:21) Naqraw ukoll li Ġuda ma rnexxilux jikkonkwista lil Ġerusalemm−bħal li kieku kienet parti mill-wirt tat-tribù. Eventwalment, Ġuda għeleb lil Ġerusalemm, billi ħaraqha bin-nar. (Ġożwè 15:63; Imħallfin 1:⁠8) Mijiet taʼ snin wara, madankollu, David ukoll hu mniżżel bil-miktub bħala li kkonkwista lil Ġerusalemm.−2 Samwel 5:​5-9.

20, 21. Billi neżaminaw bir-reqqa d-dettalji kollha relevanti, x’⁠joħroġ bħala l-istorja tal-qbid tal-belt taʼ Ġerusalemm mill-Ebrej?

20 Mal-ewwel daqqa t’⁠għajn, dan kollu jistaʼ jidher li jħawdek, imma fir-realtà ma hemm l-ebda kontradizzjonijiet. Fil-fatt, il-fruntiera bejn il-wirt taʼ Benjamin u taʼ Ġuda kienet tgħaddi tul il-Wied taʼ Ħinnom, dritt għal ġol-belt antika taʼ Ġerusalemm. Dik li iktar tard bdiet tissejjaħ il-Belt taʼ David attwalment kienet fit-territorju taʼ Benjamin, sewwa sew bħalma jgħid Ġożwè 18:28. . Imma x’⁠aktarx li l-belt Ġebusita taʼ Ġerusalemm kienet tifrex sal-Wied taʼ Ħinnom u b’⁠hekk kienet tirkeb għal ġot-territorju taʼ Ġuda, biex b’⁠hekk Ġuda, ukoll, kellu jiggwerra kontra l-abitanti Kangħaniti tagħha.

21 Benjamin ma rnexxilux jikkonkwista lill-belt. F’⁠okkażjoni minnhom, Ġuda kkonkwistaha lil Ġerusalemm u ħaraqha. (Imħallfin 1:​8, 9) Imma l-qawwiet taʼ Ġuda mid-dehra baqgħu mexjin ’⁠il quddiem, u xi wħud mill-abitanti oriġinali reġgħu ħadu pussess tal-belt. Iktar tard, huma fformaw roqgħa taʼ reżistenza li la Ġuda u lanqas Benjamin ma setgħu jneħħu. B’⁠hekk, il-Ġebusiti baqgħu f’⁠Ġerusalemm sakemm David ikkonkwista l-belt mijiet taʼ snin wara.

22, 23. Min ġarru z-zokk tat-tortura taʼ Ġesù sal-post tal-eżekuzzjoni?

22 Niltaqgħu ma’ eżempju ieħor fil-Vanġeli. Rigward kif mexxew lil Ġesù lejn mewtu, fil-Vanġelu taʼ Ġwanni naqraw: “Billi ġarr iz-zokk tat-tortura għalih innifsu, hu ħareġ.” (Ġwann 19:17) Madankollu, f’⁠Luqa naqraw: “Issa huma u sejrin bih, qabdu lil Xmun, ċertu wieħed li twieled f’⁠Ċirene, li kien ġej mill-kampanja, u poġġew iz-zokk tat-tortura fuqu biex iġorru wara Ġesù.” (Luqa 23:26) Kien Ġesù li ġarr dak l-istrument taʼ mewtu, jew kien Xmun li ġarru għalih?

23 L-ewwelnett, jidher li Ġesù ġarru z-zokk tat-tortura tiegħu stess, bħalma juri Ġwanni. Imma iktar tard, bħalma jixhdu Mattew, Mark, u Luqa, Xmun iċ-Ċirinew ingħata l-biċċa xogħol li jġorrulu għall-bqija tat-triq sal-post tal-eżekuzzjoni.

Prova taʼ Indipendenza

24. Għala m’⁠aħniex sorpriżi li nsibu xi affarijiet li jidhru qishom inkonsistenzi fil-Bibbja, imma x’⁠ma għandniex nikkonkludu minn dan?

24 Veru, hemm xi affarijiet li jidhru bħal inkonsistenzi fil-Bibbja li huma diffiċli li tirrikonċiljahom. Imma m’⁠għandniex nassumu li huma kontradizzjonijiet definiti. Taʼ spiss huwa sempliċement każ taʼ nuqqas taʼ tagħrif komplet. Il-Bibbja tipprovdi għarfien biżżejjed biex timla l-bżonn spiritwali tagħna. Imma kieku kellha tagħtina kull dettal dwar kull ġrajja msemmija, kienet tkun librerija kbira ferm li impossibbli li ġġorrha, minflok ma tkun il-volum utili u li faċli li ġġorru bħalma għandna llum.

25. Ġwanni x’⁠igħid dwar il-kitba dwar il-ministeru taʼ Ġesù, u dan kif igħinna nifhmu għala l-Bibbja ma tagħtiniex kull dettal dwar kull ġrajja?

25 Waqt li tkellem dwar il-ministeru taʼ Ġesù, l-appostlu Ġwanni kiteb b’⁠esaġerazzjoni ġustiflkata: “Hemm, fll-fatt, ħafna affarijiet oħra wkoll li Ġesù għamel, li, kieku qatt kellhom jinkitbu sa l-inqas dettal, naħseb jien, id-dinja nflsha ma setgħetx tesa’ r-rombli miktubin.” (Ġwann 21:25) Kien ikun saħansitra iktar impossibbli li tniżżel bil-miktub id-dettalji kollha tal-istorja twila tal-poplu t’⁠Alla mill-patrijarki sal-kongregazzjoni Kristjana tal-ewwel seklu!

26. Il-Bibbja flha biżżejjed tagħrif għalina biex inkunu żguri minn liema fatt vitali?

26 Attwalment, il-Bibbja hija miraklu fil-ġabra tagħha fil-qosor. Fiha biżżejjed tagħrif biex igħinna nagħrfuha bħala li hi iktar minn sempliċi xogħol uman. Xi varjazzjonijiet li fiha jagħtu prova li l-kittieba kienu verament xhieda indipendenti. Mill-banda l-oħra, l-unità li tis-pikka tal-Bibbja−li aħna se niddiksutu f’⁠ktar dettal f’⁠kapitlu ieħor−turi bla dubju l-oriġini divina tagħha. Hija l-kelma t’⁠Alla, mhux tal-bniedem.

[Kumment f’⁠paġna 38]

Dawk li jidhru qishom diskrepanzi fil-Bibbja jagħtu prova li l-kittieba kienu verament xhieda indipendenti

[Kumment f’⁠paġna 39]

Li tqis il-kuntest spiss igħinek issolvi dawk li jgħidulhom kontradizzjonijiet

[Kaxxa f’⁠paġna 41]

“Diskrepanzi” Mhux Bil-fors Li Huma Kontradizzjonijiet

Kenneth S. Kantzer, teologu, darba taʼ eżempju taʼ kif żewġ rapporti tal-istess ġrajja jistgħu jidhru kontradittorji u madankollu t-tnejn ikunu veri. Hu kiteb: “Xi ftit taʼ żmien ilu omm wieħed ħabib għażiż tagħna ġiet maqtula. Aħna l-ewwel smajna dwar il-mewt tagħha minn ħabib tagħna t-tnejn li hu fdat u li rrapportalna li omm il-ħabib tagħna kienet bil-wieqfa f’⁠kantuniera tistenna lil tal-linja, intlaqtet minn karozza oħra tal-linja li kienet għaddejja, korriet gravi, u mietet ftit minuti wara.”

Ftit wara, sama’ rapport differenti ferm. Hu jgħid: “Smajna mingħand in-neputi tal-mara mejta li hi kienet involuta f’⁠ħabta, taret ’⁠il barra mill-karozza li kienet riekba, u mietet fil-pront. It-tifel kien ċert sew mill-fatti.

“Ħafna wara. . . aħna fittixna biex naraw x’⁠ġara sewwa sew. Sirna nafu li n-nanna kienet qiegħda tistenna lil tal-linja, intlaqtet minn karozza oħra tal-linja, u weġġgħet gravi. Kienet ġiet miġbura minn karozza li kienet għaddejja u ttieħdet malajr lejn l-isptar, imma fil-ġirja, il-karozza li flha kienet qiegħda tinġarr ħabtet ma’ karozza oħra. Hi taret mill-karozza u mietet fil-pront.”

Iva, żewġ rakkonti tal-istess ġrajja jistgħu t-tnejn ikunu veri għalkemm donnhom ma jaqblu xejn ma’ xulxin. Dan xi drabi jkun il-każ fll-Bibbja. Xhieda indipendenti jistgħu jiddeskrivu dettalji differenti dwar l-istess ġrajja. Minflok ma jkunu kontradittorji, madankollu, dak li jiktbu jikkumplimenta wieħed lill-ieħor, u jekk nieħdu in konsiderazzjoni r-rakkonti kollha, niksbu fehma aħjar taʼ x’⁠ġara.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja