LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ‘Doni Fi Bnedmin’ Biex Jieħdu Ħsieb in-Nagħaġ taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa—1999 | Ġunju 1
    • Meta Jkun hemm Bżonn “Aġġustament mill-​Ġdid”

      8. Kultant b’liema modi lkoll kemm aħna jkollna bżonn niġu aġġustati mill-​ġdid?

      8 L-​ewwel, id-​‘doni fi bnedmin’ huma pprovduti “għat-​trawwim tal-​qaddisin,” jgħid Pawlu. (Efesin 4:12, Saydon) In-​nom Grieg hawnhekk mogħti “trawwim,” jew “aġġustament mill-​ġdid” (NW), jirreferi għal li wieħed ipoġġi xi ħaġa “f’linja xierqa.” Bħala bnedmin imperfetti, ilkoll kemm aħna jkollna bżonn niġu aġġustati minn żmien għal żmien​—li jkollna l-​ħsibijiet, l-​attitudnijiet, jew il-​kondotta tagħna miġjubin “f’linja xierqa” mal-​ħsieb u r-​rieda t’Alla. Jehovah b’imħabba pprovdielna ‘doni fi rġiel’ biex jgħinna nagħmlu l-​aġġustamenti meħtieġa. Huma kif jagħmluh dan?

      9. Anzjan kif jistaʼ jgħin lil nagħġa li żbaljat biex terġaʼ taġġusta ruħha?

      9 Xi kultant, anzjan jistaʼ jiġi mitlub jgħin lil xi nagħġa li tkun żbaljat, u li forsi ‘tinqabad f’xi ħtija.’ Anzjan kif jistaʼ jgħin? ‘Widdbuha [‘Aġġustawha,’ NW] bi spirtu taʼ ħlewwa,’ jgħid Galatin 6:1. Għaldaqstant, meta anzjan joffri parir, mhux se jikser lil dak li jkun żbalja billi juża kliem aħrax. Il-​parir għandu jinkuraġġixxi, mhux ‘ibeżżaʼ,’ lil dak li jirċivih. (2 Korintin 10:9; qabbel Ġob 33:7.) L-​individwu għandu mnejn diġà jħossu jistħi, għalhekk ragħaj li jħobb se jevita li jkompli jġagħlu jħossu agħar milli jkun. Meta l-​parir, saħansitra b’ċanfira soda, ikun b’mod ċar motivat u mogħti bl-​imħabba, x’aktarx li dan jerġaʼ jaġġusta l-​ħsieb u l-​kondotta taʼ dak li jkun żbalja, u b’hekk jirrestawrah.—2 Timotju 4:2.

      10. X’inhu involut f’li xi ħadd jiġi aġġustat mill-​ġdid?

      10 Meta Jehovah pprovda ‘doni fi bnedmin’ biex inkunu nistgħu niġu mrawmin, jew aġġustati mill-​ġdid, kellu f’moħħu li l-​anzjani jkunu rifreskanti spiritwalment u jixirqilhom li jiġu imitati mill-​poplu tiegħu. (1 Korintin 16:17, 18; Filippin 3:17) Li wieħed jaġġusta lil xi ħadd ma jinvolvix biss li jikkoreġi lil dak li jkun qabad korsa ħażina imma wkoll li jgħin lil dawk leali jibqgħu fil-​korsa t-​tajba.a Illum b’daqs dawn problemi li jġagħluna naqtgħu qalbna, ħafna għandhom bżonn l-​inkuraġġiment biex jibqgħu sodi. Xi wħud għandhom mnejn ikollhom bżonn għajnuna tenera biex iġibu l-​ħsieb tagħhom f’linja maʼ dak t’Alla. Per eżempju, xi Kristjani leali jissieltu maʼ sentimenti profondi għax iħossuhom inadegwati jew indenji. Dawn l-​“erwieħ dipressi” għandhom mnejn iħossu li Jehovah qatt ma jistaʼ jħobbhom u li saħansitra l-​aqwa sforzi tagħhom biex jaqdu lil Alla ma jistgħu qatt ikunu aċċettabbli għalih. (1 Tessalonikin 5:14, NW) Imma dan il-​mod taʼ ħsieb m’huwiex f’linja maʼ kif Alla jħossu verament dwar l-​adoraturi tiegħu.

      11. L-​anzjani x’jistgħu jagħmlu biex jgħinu lil dawk li qed jissieltu maʼ sentimenti għax iħossuhom indenji?

      11 Anzjani, x’tistgħu tagħmlu biex tgħinu lil dawn l-​uħud? Bil-​qalb tajba kollha aqsmu magħhom provi Skritturali li Jehovah jimpurtah minn kull qaddej tiegħu u assigurawhom li dawn it-​testi Bibliċi japplikaw għalihom personalment. (Luqa 12:6, 7, 24) Għinuhom jaraw li Jehovah ‘ġibidhom lejh’ biex jaqduh, mela żgur li bilfors jara kemm huma taʼ valur. (Ġwann 6:44) Assigurawhom li m’humiex waħedhom​—ħafna qaddejja leali taʼ Jehovah kellhom sentimenti bħal tagħhom. Il-​profeta Elija darba tant kien dipress li xtaq imut. (1 Slaten 19:1-4) Xi Kristjani midlukin fl-​ewwel seklu ħassewhom ‘imċanfrin’ mill-​kuxjenzi tagħhom stess. (1 Ġwann 3:20) Hemm faraġ f’li tkun taf li dawn l-​uħud leali fi żminijiet Bibliċi kienu ‘bnedmin bħalna.’ (Ġakbu 5:17) Tistgħu wkoll tirrevedu artikli inkuraġġanti fit-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! maʼ dawk li qed jaqtgħu qalbhom. L-​isforzi tagħkom kollhom imħabba biex tirrestawraw il-​fiduċja taʼ wħud bħal dawn m’humiex se jibqgħu bla ma jiġu nnotati minn Alla li ta lilkom bħala ‘doni fi bnedmin.’—Lhud 6:10.

  • ‘Doni Fi Bnedmin’ Biex Jieħdu Ħsieb in-Nagħaġ taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa—1999 | Ġunju 1
    • ‘Jibnu’ lill-​Merħla

      12. X’inhu indikat bl-​espressjoni ‘li jinbena l-​Ġisem taʼ Kristu,’ u x’inhu l-​qofol taʼ li jibnu lill-​merħla?

      12 It-​tieni, id-​‘doni fi bnedmin’ huma mogħtijin bl-​intenzjoni ‘li jinbena l-​Ġisem taʼ Kristu.’ (Efesin 4:12) Pawlu hawnhekk jagħmel paragun. ‘Li jinbena’ jfakkarna f’kostruzzjoni, u l-​“Ġisem taʼ Kristu” jirreferi għan-​nies​—il-​membri tal-​kongregazzjoni Kristjana. (1 Korintin 12:27; Efesin 5:23, 29, 30) L-​anzjani għandhom bżonn jgħinu lil ħuthom jissaħħu spiritwalment. L-​objettiv tagħhom hu ‘li jibnu u mhux iġarrfu’ lill-​merħla. (2 Korintin 10:8) Il-​qofol biex tinbena l-​merħla hu l-​imħabba, għax ‘l-​imħabba tibni.’—1 Korintin 8:1.

      13. X’ifisser li wieħed juri empatija, u għala huwa importanti li l-​anzjani juru l-​empatija?

      13 Aspett wieħed taʼ l-​imħabba li jgħin lill-​anzjani jibnu l-​merħla hu l-​empatija. Li turi empatija jfisser li tħoss għal oħrajn​—taħseb u tħoss bħalhom, u tikkunsidra l-​limitazzjonijiet tagħhom. (1 Pietru 3:8) Għala huwa importanti li l-​anzjani jkollhom l-​empatija? Fuq kollox għaliex Jehovah​—dak li jagħti dawn id-​‘doni fi bnedmin’—​hu Alla li juri empatija. Meta l-​qaddejja tiegħu jkunu qed ibatu jew muġugħin, hu jħoss għalihom. (Eżodu 3:7; Isaija 63:9) Hu juri konsiderazzjoni għal-​limitazzjonijiet tagħhom. (Salm 103:14) Allura, l-​anzjani kif jistgħu juru l-​empatija?

      14. L-​anzjani b’liema modi jistgħu juru l-​empatija lejn oħrajn?

      14 Meta xi ħadd skuraġġit imur għandhom, huma jagħtu widen, billi jirrikonoxxu s-​sentimenti taʼ dak li jkun. Jipprovaw jifhmu l-​isfond, il-​personalità, u ċ-​ċirkustanzi taʼ ħuthom. Imbagħad meta l-​anzjani jagħtu għajnuna Skritturali li tibni, in-​nagħaġ se jsibuha faċli li jaċċettawha għaliex tkun ġejja mingħand rgħajja li verament jifhmuhom u jimpurtahom minnhom. (Proverbji 16:23) L-​empatija tqanqal ukoll lill-​anzjani biex jikkunsidraw il-​limitazzjonijiet t’oħrajn u s-​sentimenti li jistgħu jirriżultaw minn dawn il-​limitazzjonijiet. Per eżempju, xi Kristjani kuxjenzjużi għandhom mnejn iħossuhom ħatjin minħabba li ma jistgħux jagħmlu iktar f’li jaqdu lil Alla, forsi minħabba età kbira jew nuqqas taʼ saħħa. Mill-​banda l-​oħra, xi wħud jistaʼ jkollhom bżonn taʼ inkuraġġiment biex itejbu l-​ministeru tagħhom. (Lhud 5:12; 6:1) L-​empatija se tqanqal lill-​anzjani biex isibu ‘kliem sabiħ’ li jibni lil oħrajn. (Koħèlet 12:10) Meta n-​nagħaġ taʼ Jehovah jiġu mibnijin u motivati, l-​imħabba tagħhom għal Alla se tqanqalhom biex jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaqduh!

  • ‘Doni Fi Bnedmin’ Biex Jieħdu Ħsieb in-Nagħaġ taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa—1999 | Ġunju 1
    • a Fil-verżjoni tas-​Settanta Griega, dan l-​istess verb mogħti ‘taġġusta mill-​ġdid’ intuża f’Salm 17[16]:5, fejn David, li tant kien leali, talab biex il-​passi tiegħu jibqgħu sodi fit-​trejqa taʼ Jehovah.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja