LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Tistaʼ Titkellem m’Oħrajn Dwar l-Aħbar Tajba?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 1. Kif tistaʼ titkellem dwar x’tgħallimt man-​nies li taf?

      Id-​dixxipli taʼ Ġesù qalu: “Aħna ma nistgħux nieqfu nitkellmu dwar dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Dak li għallimhom Ġesù tant kien importanti għalihom li riedu jgħiduh lil kulħadd. Int tħossok l-​istess? Jekk iva, fittex iċ-​ċans biex b’rispett tgħid lill-​familja u l-​ħbieb tiegħek x’tgħallimt.​—Aqra Kolossin 4:6.

      Xi ideat biex jgħinuk

      • Meta tkun qed titkellem maʼ tal-​familja, semmi xi ħaġa mill-​Bibbja billi tgħid: “Tgħallimt xi ħaġa ġdida dil-​ġimgħa.”

      • Uri skrittura biex tinkuraġġixxi lil xi ħabib li ma jiflaħx jew stressat.

      • Meta tax-​xogħol isaqsuk kif kien il-​weekend, għidilhom x’tgħallimt waqt l-​istudju jew il-​laqgħa.

      • Uri l-​website jw.org lill-​ħbieb tiegħek.

      • Stieden lil oħrajn biex jiġu fuq l-​istudju tal-​Bibbja tiegħek, jew urihom kif japplikaw għal studju personali minn fuq jw.org.

  • Kif Tistaʼ Titkellem m’Oħrajn Dwar l-Aħbar Tajba?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 4. Uri rispett

      Qabel tkellem lil xi ħadd, trid mhux biss taħseb x’se tgħid imma anki kif se tgħidu. Aqra t-​2 Timotju 2:24 u l-​1 Pietru 3:​15, u mbagħad iddiskuti:

      • Dawn il-​versi kif jistgħu jgħinuk meta titkellem m’oħrajn dwar il-​Bibbja?

      • Xi ħbieb jew tal-​familja jistgħu ma jaqblux miegħek. X’tistaʼ tagħmel? X’m’għandekx tagħmel?

      • Għala jkun aħjar li tiddiskuti magħhom b’rispett minflok tgħidilhom x’għandhom jemmnu?

      Student tal-​Bibbja qed ikellem lil xi ħadd li jiġi minnu fuq xi ħaġa mill-​Bibbja.
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja