LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 8/1 p. 32
  • Il-Flokk tas-Suf Ixewwek u l-Ispiritwalità

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Flokk tas-Suf Ixewwek u l-Ispiritwalità
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 8/1 p. 32

Il-​Flokk tas-​Suf Ixewwek u l-​Ispiritwalità

IR-​RE LWIĠI IX taʼ Franza kien jilbes wieħed minnhom. Meta studja l-​liġi f’żgħożitu, Sir Thomas More baqaʼ mqajjem għal 19 jew 20 siegħa kuljum għal diversi xhur bl-​għajnuna taʼ wieħed minn dawn. Tabilħaqq, huwa fatt magħruf li More libes wieħed minnhom għall-​maġġorparti taʼ ħajtu. U meta Thomas Becket, Arċisqof taʼ Canterbury, inqatel fil-​Katidral taʼ Canterbury, bla mistenni sabu li kellu wieħed minn dawn taħt ħwejġu. X’kellhom in komuni dawn il-​persunaġġi storiċi? Huma kienu jipprovaw imewtu x-​xewqat taʼ ġisimhom permezz tal-​flokk tas-​suf ixewwek.

Il-flokk tas-​suf ixewwek kien magħmul mis-​suf tal-​mogħoż u kien jintlibes mal-​ġilda sabiex jirrita u jigref il-​ġilda, u b’hekk jikkaġuna skumdità kbira. Ukoll kien faċilment jiġmaʼ l-​qamel. Jingħad li Thomas Becket kien jilbes il-​flokk tiegħu tas-​suf ixewwek, flimkien maʼ qalziet li kien jilbes taħt ħwejġu taʼ l-​istess materjal, sakemm kien “ikun miżgħud bil-​qamel.” Wara s-​seklu 16, minflok is-​suf tal-​mogħoż kultant kien jintuża l-​fildiferru bil-​ħadid ippontat imiss mal-​ġisem. Minħabba li l-​flokk beda jsir b’dan il-​mod, dan beda jikkaġuna saħansitra iktar skumdità lil min jilbsu.

Skond xogħol wieħed taʼ referenza, l-​iskop tal-​flokk tas-​suf ixewwek, bħal metodi oħra biex imewtu x-​xewqat tal-​ġisem, kien biex “jikkontrolla x-​xewqat midinba tal-​ġisem, u b’hekk iħeġġeġ l-​iżvilupp t’attitudni u mod taʼ ħajja iktar spiritwali.” Mhux l-​axxetiċi biss kienu jilbsu dan il-​flokk; nies li ma kinux parti mill-​kleru, inkluż dawk f’pożizzjoni t’awtorità għolja, kienu magħrufin li jużawh ukoll. Anki llum ċerti ordnijiet reliġjużi jżommu maʼ din il-​prattika.

Ifisser il-​fatt li dak li jkun jilbes il-​flokk tassuf ixewwek jew li jissaporti forom taʼ ċaħda fiżika li l-​individwu huwa spiritwali? Le, l-​ispiritwalità ma tiddependix minn prattiki bħal dawn. Fil-​fatt, l-​appostlu Pawlu tkellem kontra “trattament aħrax tal-​ġisem.” (Kolossin 2:23)a Minflok, l-​ispiritwalità vera tiġi meta dak li jkun ifittex l-​għarfien t’Alla permezz taʼ studju diliġenti tal-​Kelma tiegħu u meta japplika dak l-​għarfien f’ħajtu.

[Nota taʼ taħt]

a Għal iktar informazzjoni dwar dan is-​suġġett, ara l-​Awake! tat-​8 t’Ottubru, 1997, “The Bible’s Viewpoint: Is Asceticism the Key to Wisdom?” (Il-Ħarsa tal-​Bibbja: Huwa l-​Axxetiċiżmu Fundamentali għall-​Għerf?)

[Sorsi tal-Istampa f’paġna 32]

Ir-​Re Lwiġi IX, fuq: Mill-​ktieb Great Men and Famous Women; Thomas Becket, fin-​nofs: Mill-​ktieb Ridpath’s History of the World (Vol. IV); Thomas More, taħt: Mill-​ktieb Heroes of the Reformation, 1904

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja