LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 10/15 pp. 28-32
  • “Żommu moħħkom fiss fuq l-affarijiet ta’ fuq”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Żommu moħħkom fiss fuq l-affarijiet ta’ fuq”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • XI JFISSER LI NŻOMMU MOĦĦNA FISS FUQ L-AFFARIJIET TAʼ FUQ
  • ABRAHAM “POĠĠA L-​FIDI F’ĠEĦOVA”
  • MOSÈ RA “LIL DAK LI HU INVIŻIBBLI”
  • INŻOMMU MOĦĦNA FISS FUQ L-AFFARIJIET TAʼ FUQ
  • “Ngħixu bil-Fidi u Mhux bil-Viżjoni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Imita l-fidi taʼ Mosè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Ġeħova sejjaħlu “l-ħabib tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Qed Tistenna Int “il-Belt li Għandha Sisien taʼ Veru”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 10/15 pp. 28-32
Kristjan tal-ewwel seklu jeżamina skroll bir-reqqa

“Żommu moħħkom fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq”

“Żommu moħħkom fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq, mhux fuq dawk taʼ l-​art.”—KOL. 3:2.

INT KIF TWIEĠEB?

  • Abraham u Sara kif urew il-fidi tagħhom f’Ġeħova?

  • Kif nafu li Mosè kien iffokat fuq li jagħmel ir-rieda t’Alla?

  • B’liema modi nistgħu nżommu moħħna fiss fuq l-affarijiet taʼ fuq?

1, 2. (a) Il-​kongregazzjoni f’Kolossi għala kienet fil-​periklu? (b) Liema parir għen lill-​aħwa f’Kolossi biex jibqgħu magħqudin?

L-​UNITÀ tal-​kongregazzjoni Kristjana tal-​ewwel seklu f’Kolossi kienet fil-​periklu! Xi aħwa kienu qed jgħidu li kulħadd għandu jobdi l-​Liġi Mosajka. Oħrajn kienu qed jgħidu li hu ħażin li tgawdi l-​pjaċiri tal-​ħajja. Sabiex jiġġieled dan it-​tagħlim falz, l-​appostlu Pawlu kiteb ittra taʼ inkuraġġiment, billi wissa lill-​Kolossin: “Oqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi ħadd li jaħtafkom taħt difrejh b’filosofija u qerq fieragħ skond it-​tradizzjoni tal-​bnedmin, skond l-​affarijiet elementari tad-​dinja u mhux skond Kristu.”—Kol. 2:8.

2 Li kieku dawk il-​Kristjani midlukin iffokaw moħħhom fuq “l-​affarijiet elementari tad-​dinja,” huma kienu jkunu qed jiċħdu l-​privileġġ li jkunu wlied Alla. (Kol. 2:20-​23) Sabiex jgħinhom jipproteġu r-​relazzjoni prezzjuża tagħhom m’Alla, Pawlu qalilhom: “Żommu moħħkom fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq, mhux fuq dawk taʼ l-​art.” (Kol. 3:2) Iva, ħut Kristu kellhom iżommu f’moħħhom it-​tama tagħhom li jirċievu l-​wirt li ma jitħassarx li kien ‘merfugħ għalihom fis-​smewwiet.’—Kol. 1:4, 5.

3. (a) Il-​Kristjani midlukin liema tama jżommu f’moħħhom? (b) Liema mistoqsijiet se nikkunsidraw f’dan l-​artiklu?

3 Illum, il-​Kristjani midlukin bl-​istess mod iżommu moħħhom fiss fuq is-​Saltna t’Alla u fuq it-​tama tagħhom li jkunu “werrieta bi sħab maʼ Kristu” fis-​sema. (Rum. 8:14-​17) Imma xi ngħidu għal dawk li t-​tama tagħhom hi għall-​art? Il-​kliem taʼ Pawlu kif japplika għalihom? B’liema mod in-​“nagħaġ oħrajn” jistgħu jżommu f’moħħhom “l-​affarijiet taʼ fuq”? (Ġw. 10:16) U lkoll kemm aħna kif nistgħu nibbenefikaw billi nikkunsidraw l-​eżempji taʼ rġiel leali tal-​passat bħal Abraham u Mosè, li minkejja tbatijiet persunali żammew moħħhom fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq?

XI JFISSER LI NŻOMMU MOĦĦNA FISS FUQ L-AFFARIJIET TAʼ FUQ

4. In-​nagħaġ l-​oħrajn kif jistgħu jżommu moħħhom fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq?

4 Għalkemm it-​tama tan-​nagħaġ oħrajn mhijiex għas-​sema, anki huma jistgħu jżommu f’moħħhom l-​affarijiet taʼ fuq. Kif? Billi jpoġġu lil Alla Ġeħova u l-​interessi tas-​Saltna l-​ewwel f’ħajjithom. (Lq. 10:25-​27) Kristu hekk għamel, u hekk neħtieġu nagħmlu aħna wkoll. (1 Pt. 2:21) Bħal ħutna tal-​ewwel seklu, aħna nħabbtu wiċċna maʼ raġunar falz, filosofiji dinjin, u attitudnijiet materjalistiċi f’din is-​sistema taʼ Satana. (Aqra t-​2 Korintin 10:5.) Jeħtieġ li nimitaw lil Ġesù u ngħassu kontra kwalunkwe ħaġa li tistaʼ tħassar ir-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova.

5. X’nistgħu nistaqsu lilna nfusna dwar il-​ħarsa tagħna lejn il-​flus u l-​affarijiet materjali?

5 Ħallejna aħna l-​ħarsa tad-​dinja lejn il-​flus u l-​affarijiet materjali teffettwalna ħajjitna? Normalment, il-​ħsibijiet u l-​azzjonijiet tagħna jikxfu xi nħobbu verament. Ġesù qal: “Fejn hemm it-​teżor tiegħek, hemm tkun qalbek ukoll.” (Mt. 6:21) Biex inkunu nafu x’hemm f’qalbna, ikun tajjeb li minn żmien għal żmien neżaminaw lilna nfusna. Nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘Inqattaʼ ħafna ħin ninkwieta dwar il-​flus, naħseb dwar li nsib impjieg aħjar, jew f’li nipprova ngħix ħajja iktar komda? Jew qed nipprova ngħix ħajja sempliċi, u niffoka fuq ir-​relazzjoni tiegħi maʼ Ġeħova? (Mt. 6:22) Ġesù qal li jekk niffokaw fuq li ‘naħżnu teżori fuq l-​art,’ nistgħu nitilfu r-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova.—Mt. 6:19, 20, 24.

6. Kif nistgħu nirbħu l-​ġlieda kontra t-​tendenzi imperfetti tagħna?

6 Aħna imperfetti, allura huwa faċli li nagħmlu affarijiet li huma ħżiena. (Aqra Rumani 7:21-​25.) Jekk ma nistriħux fuq l-​ispirtu qaddis t’Alla ma jkollna l-​ebda rispett għal-​liġijiet t’Alla u nistgħu ninvolvu ruħna “f’xalar u sokor,” f’immoralità, jew saħansitra f’“kondotta laxka.” (Rum. 13:12, 13) Aħna l-​ħin kollu niġġieldu t-​tendenzi imperfetti tagħna. Din il-​ġlieda nistgħu nirbħuha biss jekk inżommu moħħna fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq. Dan jeħtieġ sforz, u huwa għalhekk li Pawlu qal: “Insawwat lil ġismi u njassru.” (1 Kor. 9:27) Anki aħna neħtieġu nkunu stretti magħna nfusna. Ejja niddiskutu l-​eżempju taʼ żewġt irġiel leali.—Ebr. 11:6.

ABRAHAM “POĠĠA L-​FIDI F’ĠEĦOVA”

7, 8. (a) Abraham u Sara liema problemi ffaċċjaw? (b) Abraham x’żamm f’moħħu?

7 Meta Ġeħova qal lil Abraham biex flimkien maʼ familtu jmur fl-​art taʼ Kangħan, Abraham obda mill-​qalb. Minħabba l-​fidi u l-​ubbidjenza t’Abraham, Ġeħova għamel patt miegħu, billi qallu: “Nagħmel ġens kbir minnek u nbierkek.” (Ġen. 12:2) Madankollu, snin wara, Abraham u martu Sara kienu għadhom bla tfal. Kien Ġeħova nesa dak li kien wiegħed lil Abraham? Iktar minn hekk, il-​ħajja f’Kangħan ma kinitx kollha ward u żahar. Abraham u familtu kienu ħallew warajhom ħajja komda fil-​belt sinjura taʼ Ur u kienu vvjaġġaw iktar minn 1,600 kilometru biex imorru fl-​art taʼ Kangħan. Huma għexu fit-​tined, mhux dejjem kellhom biżżejjed x’jieklu, u kultant kienu fil-​periklu minn ħallelin. (Ġen. 12:5, 10; 13:18; 14:10-​16) Minkejja dan, Abraham u l-​familja tiegħu ma ridux imorru lura għall-​kumditajiet taʼ Ur!—Aqra Ebrej 11:8-​12, 15.

8 Minflok ma ffoka fuq ‘l-​affarijiet taʼ l-​art,’ Abraham “poġġa l-​fidi f’Ġeħova.” (Ġen. 15:6) Iva, hu żamm moħħu fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq billi kkonċentra fuq il-​wegħdi t’Alla. Minħabba f’hekk, il-​fidi t’Abraham ġiet premjata meta l-​Alla l-​Iktar Għoli deherlu u qallu: “‘Jekk jogħġbok, ħares ’il fuq lejn is-​smewwiet u għodd il-​kwiekeb, jekk għandek il-​ħila tgħoddhom.’ U ssokta jgħidlu: ‘Hekk għad ikun nislek.’” (Ġen. 15:5) Min jaf kemm dan serraħlu moħħu! Kull darba li Abraham kien iħares lejn is-​sema mimlija kwiekeb, hu kien jiftakar fil-​wegħda li għamillu Ġeħova li jkollu ħafna dixxendenti. U fiż-​żmien stabbilit t’Alla, Abraham kellu nisel, sewwasew bħalma ġie mwiegħed.—Ġen. 21:1, 2.

9. Kif nistgħu nimitaw lil Abraham?

9 Bħal Abraham, anki aħna qed nistennew it-​twettiq tal-​wegħdi t’Alla. (2 Pt. 3:13) Jekk ma nżommux moħħna fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq, it-​twettiq taʼ dawn il-​wegħdi jistaʼ jidher li qed jittardja u għandna mnejn innaqqsu l-​pass fl-​attivitajiet spiritwali tagħna. Pereżempju, għamilt int sagrifiċċji fil-​passat sabiex taqdi bħala pijunier jew f’xi servizz speċjali ieħor? Jekk għamilt hekk, taʼ min ifaħħrek. Imma xi ngħidu għal issa? Ftakar, Abraham żamm f’moħħu “l-​belt li għandha sisien taʼ veru.” (Ebr. 11:10) Hu “eżerċita l-​fidi f’Ġeħova, u dan ngħaddlu bħala ġustizzja.”—Rum. 4:3.

MOSÈ RA “LIL DAK LI HU INVIŻIBBLI”

10. Mosè kif trabba?

10 Mosè kien raġel ieħor li żamm moħħu fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq. Hu trabba bħala parti mill-​familja rjali Eġizzjana meta l-​Eġittu kien l-​iktar ġens qawwi fid-​dinja. Il-​Bibbja tgħid li hu “kien istruwit fl-​għerf kollu taʼ l-​Eġizzjani.” Mhux taʼ b’xejn li b’din l-​edukazzjoni avvanzata, Mosè sar “setgħan fi kliemu u f’għemilu.” (Atti 7:22) Minħabba t-​trobbija tiegħu, Mosè kellu ħafna opportunitajiet biex ikun raġel importanti fl-​Eġittu. Imma kien hemm edukazzjoni oħra li għal Mosè kienet iktar importanti.

11, 12. Liema edukazzjoni kienet l-​iktar importanti għal Mosè, u kif nafu dan?

11 Meta Mosè kien għadu żgħir, ommu, Ġokebed, għallmitu dwar l-​Alla tal-​Ebrej. Għal Mosè, dan l-​għarfien dwar Ġeħova kien iktar importanti minn kull ħaġa oħra. Mosè minn qalbu ċeda l-​opportunità li kellu għal rikkezzi u qawwa biex jagħmel ir-​rieda t’Alla. (Aqra Ebrej 11:24-​27.) It-​taħriġ li Mosè kellu meta kien żgħir u l-​fidi tiegħu f’Ġeħova għenuh iżomm moħħu fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq.

12 Mosè ngħata l-​aqwa edukazzjoni sekulari li kien hemm disponibbli fi żmienu, imma użaha hu biex javvanza l-​karriera tiegħu fl-​Eġittu, jagħmel isem għalih innifsu, jew jikseb affarijiet materjali? Le. Kieku għamel hekk, ma kienx jirrifjuta li ‘jissejjaħ bin bint il-​Fargħun u jagħżel li jkun trattat ħażin mal-​poplu t’Alla minflok ma jkollu t-​tgawdija temporanja tad-​dnub.’ B’mod ċar, Mosè uża l-​edukazzjoni spiritwali tiegħu biex javvanza l-​iskop taʼ Ġeħova.

13, 14. (a) X’għen lil Mosè biex jikkwalifika għall-​inkarigu li kien se jagħtih Ġeħova? (b) Bħal Mosè, x’għandu mnejn ikollna bżonn nagħmlu?

13 Mosè kien iħobb ħafna lil Ġeħova u l-​poplu Tiegħu. Meta kellu 40 sena, Mosè ħaseb li kien lest biex jgħin lill-​poplu t’Alla jinħeles mill-​jasar tal-​Eġizzjani. (Atti 7:23-​25) Però, qabel ma Ġeħova setaʼ jagħtih dan l-​inkarigu, Mosè kellu bżonn xi ħaġa oħra. Hu kellu bżonn jikkultiva kwalitajiet bħall-​umiltà, il-​paċenzja, il-​ħlewwa, u r-​rażan. (Prov. 15:33) Mosè kellu bżonn taħriġ li kien se jħejjih biex jissaporti l-​provi u t-​tbatijiet li kien se jiffaċċja. L-​40 sena li Mosè qattaʼ bħala ragħaj għenuh jiżviluppa dawn il-​kwalitajiet.

14 Tgħallem Mosè mit-​taħriġ prattiku li rċieva bħala ragħaj? U żgur li tgħallem! Il-​Kelma t’Alla tgħid li Mosè sar “bil-​wisq l-​iktar ġwejjed mill-​bnedmin kollha li kienu fuq wiċċ l-​art.” (Num. 12:3) Hu kien ikkultiva l-​umiltà, li għenitu jkun paċenzjuż maʼ ħafna nies differenti u mal-​problemi diffiċli tagħhom. (Eżo. 18:26) Bl-​istess mod, aħna għandu mnejn li jkollna bżonn nikkultivaw kwalitajiet spiritwali li se jgħinuna ngħaddu “mit-​tribulazzjoni l-​kbira” għal ġod-​dinja ġdida ġusta t’Alla. (Riv. 7:14) Ningwalawha aħna man-​nies, inkluż maʼ dawk li aħna nikkunsidrawhom li jbatu bil-​burdati jew li jieħdu għalihom malajr? Nagħmlu tajjeb li nagħtu kas il-​kliem tal-​appostlu Pietru, li ħeġġeġ lil sħabu fit-​twemmin: “Onoraw lil kull xorta taʼ bnedmin, ħobbu l-​fratellanza kollha.”—1 Pt. 2:17.

INŻOMMU MOĦĦNA FISS FUQ L-AFFARIJIET TAʼ FUQ

15, 16. (a) Għala hu vitali li nżommu moħħna fiss fuq affarijiet xierqa? (b) Għala hu importanti li l-​Kristjani jżommu kondotta tajba?

15 Qed ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Tim. 3:1) Għalhekk, sabiex nibqgħu mqajmin spiritwalment, għandna nżommu moħħna fiss fuq affarijiet xierqa. (1 Tess. 5:6-​9) Ejja naraw tliet modi kif nistgħu nagħmlu dan.

16 Il-​kondotta tagħna: Pietru għaraf l-​importanza taʼ kondotta tajba. Hu qal: “Żommu kondotta tajba fost il-​ġnus, sabiex, . . . minħabba l-​għemejjel tajbin tagħkom li jaraw b’għajnejhom stess jigglorifikaw lil Alla.” (1 Pt. 2:12) Kemm jekk qegħdin id-​dar, ix-​xogħol, l-​iskola, f’rikreazzjoni, jew fil-​ministeru, nagħmlu kull sforz biex nigglorifikaw lil Ġeħova permezz tal-​kondotta tajba tagħna. Veru, bħala bnedmin imperfetti, ilkoll niżbaljaw. (Rum. 3:23) Imma m’għandniex naqtgħu qalbna. Bl-​għajnuna taʼ Ġeħova nistgħu ‘niġġieldu l-​ġlieda t-​tajba tal-​fidi.’—1 Tim. 6:12.

17. Kif nistgħu nimitaw l-​attitudni mentali taʼ Ġesù? (Ara l-​ewwel stampa.)

17 L-​attitudni tagħna: Biex inżommu kondotta tajba, jeħtieġ li jkollna attitudni xierqa. L-​appostlu Pawlu qal: “Żommu din l-​attitudni mentali fikom li kienet ukoll fi Kristu Ġesù.” (Flp. 2:5) Liema tip t’attitudni kellu Ġesù? Hu kien umli. L-​umiltà qanqlitu biex jagħmel sagrifiċċji persunali fil-​ministeru tiegħu. Hu dejjem żamm f’moħħu l-​ippritkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. (Mk. 1:38; 13:10) Ġesù qies il-​Kelma t’Alla bħala l-​ogħla awtorità. (Ġw. 7:16; 8:28) Hu studja l-​Iskrittura Mqaddsa bir-​reqqa ħalli jkun jistaʼ jikkwota minnha, jiddefendiha, u jispjegaha. Jekk naħsbu bħal Kristu, anki aħna se nkunu umli u żelużi fil-​ministeru tagħna u fl-​istudju persunali tagħna tal-​Bibbja.

Ġesù jipprietka lil oħrajn dwar l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla

Ġesù dejjem żamm f’moħħu l-ippritkar tal-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla (Ara paragrafu 17)

18. B’liema mod importanti nistgħu nappoġġaw ix-​xogħol taʼ Ġeħova?

18 L-​appoġġ tagħna: L-​iskop taʼ Ġeħova hu li “f’isem Ġesù tintlewa kull irkoppa fis-​sema, [u] fuq l-​art.” (Flp. 2:9-​11) Minkejja li Ġesù għandu pożizzjoni importanti ħafna, hu b’umiltà jissottometti ruħu lejn Missieru. U hekk għandna nagħmlu aħna. (1 Kor. 15:28) Kif? Billi nappoġġaw b’qalbna kollha x-​xogħol li ġejna mgħallmin nagħmlu, jiġifieri li ‘nagħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha.’ (Mt. 28:19) Aħna wkoll “nagħmlu t-​tajjeb maʼ kulħadd” meta nagħmlu affarijiet tajbin għall-​proxxmu tagħna u għal ħutna.—Gal. 6:10.

19. X’għandna nkunu determinati li nagħmlu?

19 Kemm aħna grati li Ġeħova jfakkarna biex inżommu moħħna fiss fuq l-​affarijiet taʼ fuq! Għaldaqstant, neħtieġu li “niġru bis-​sabar it-​tiġrija li tqiegħdet quddiemna.” (Ebr. 12:1) Jalla lkoll kemm aħna naħdmu ‘b’ruħna kollha qisu għal Ġeħova,’ u Missierna tas-​sema se jippremja l-​isforzi ħerqana tagħna.—Kol. 3:23, 24.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja