-
Ġeħova se jieħu ħsiebekIt-Torri tal-Għassa—2015 | Diċembru 15
-
-
13. Xi rridu niftakru qabel ma nagħtu jew naċċettaw xi parir dwar is-saħħa?
13 Illum, ħadd minn ħutna ma jistaʼ jagħmel mirakli u jfejjaqna. Imma peress li jridu jgħinuna, jistaʼ jkun li wħud minnhom jagħtuna pariri anki meta ma tlabniehomx għall-opinjoni tagħhom. Naturalment, ftit minn dawn is-suġġerimenti ma fihom xejn ħażin. Pereżempju, Pawlu ssuġġerixxa lil Timotju li jixrob ftit inbid. Timotju kellu problemi fl-istonku, forsi għax xorob ilma mniġġes.a (Ara n-nota taʼ taħt.) (Aqra l-1 Timotju 5:23.) Imma rridu noqogħdu attenti! Ħu forsi jipprova jikkonvinċina nieħdu ċerta mediċina jew ċerti ħxejjex jew li nieklu jew nevitaw ċertu ikel. Forsi jgħidilna li dan għen lil xi ħadd fil-familja tiegħu li kellu problema simili. Imma dan ma jfissirx li se jgħin lilna wkoll. Irridu niftakru li anki jekk ħafna nies jużaw ċerta mediċina jew kura, xorta tistaʼ tagħmlilna ħafna ħsara.—Aqra Proverbji 27:12.
-
-
Ġeħova se jieħu ħsiebekIt-Torri tal-Għassa—2015 | Diċembru 15
-
-
a Il-ktieb The Origins and Ancient History of Wine jgħid li x-xjentisti sabu li t-tifojde u mikrobi perikolużi oħra malajr imutu meta jitħalltu mal-inbid.
-