LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Ġid” li Qed Jimla Dar Jehovah
    It-Torri tal-Għassa—2000 | Jannar 15
    • 9. Ġesù għala ma setax jidħol fis-​sema bħala bniedem, u din is-​sitwazzjoni kif ġiet solvuta?

      9 Minkejja li kien Bin Alla midluk bl-​ispirtu, il-​bniedem Ġesù ma setax jikseb ħajja fis-​sema. Għala le? Għax id-​demm u l-​laħam ma jistgħux jirtu s-​Saltna t’Alla fis-​sema. (1 Korintin 15:​44, 50) Ladarba l-​ġisem uman taʼ Ġesù kien qed ifixkel, dan kien simbolizzat tajjeb permezz tal-​purtiera li kienet tissepara l-​post Qaddis mill-​post l-​Iktar Qaddis fit-​tempju t’Alla fil-​qedem. (Lhud 10:20) Imma tlett ijiem wara mewtu, Ġesù ġie rxoxtat minn Alla bħala spirtu. (1 Pietru 3:18) Imbagħad setaʼ jidħol fil-​post l-​Iktar Qaddis tat-​tempju spiritwali t’Alla—is-​sema stess. U dan hu preċiż dak li ġara. Pawlu jikteb: “Kristu ma daħalx f’santwarju [b’mod evidenti qed jirreferi għall-​post l-​Iktar Qaddis] magħmul b’idejn il-​bnedmin li hu biss xbieha tas-​santwarju veru, imma daħal fis-​sema stess, biex issa jidher għalina quddiem Alla.”—Lhud 9:24.

      10. X’għamel Ġesù meta rritorna fis-​sema?

      10 Fis-sema, Ġesù ‘raxx id-​demm’ tas-​sagrifiċċju tiegħu billi ppreżenta lil Jehovah l-​valur tad-​demm taʼ ħajtu li tħallas bħala prezz tal-​fidwa. Madankollu, Ġesù għamel iżjed minn hekk. Ftit qabel ma miet, hu kien qal lis-​segwaċi tiegħu: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġaʼ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll.” (Ġwann 14:​2, 3) Għalhekk, billi kiseb aċċess għall-​post l-​Iktar Qaddis, jew is-​sema, Ġesù fetaħ it-​triq għal oħrajn biex isegwuh. (Lhud 6:​19, 20) Dawn l-​individwi, li se jkunu jgħoddu 144,000, se jaqdu bħala sotto-qassisin fl-​arranġament tat-​tempju spiritwali t’Alla. (Apokalissi 7:4; 14:1; 20:6) Sewwa sew bħalma l-​qassis il-​kbir taʼ Iżrael ħa l-​ewwel id-​demm tal-​barri fil-​post l-​Iktar Qaddis biex ipatti għad-​dnubiet tal-​qassisin, il-​valur tad-​demm li xerred Ġesù kien applikat l-​ewwel għal dawn il-​144,000 sotto-qassisin.b

  • “Ġid” li Qed Jimla Dar Jehovah
    It-Torri tal-Għassa—2000 | Jannar 15
    • b Kuntrarju għall-​qassis il-​kbir taʼ Iżrael, Ġesù ma kellux dnubiet li għalihom riedet issir tpattija. Madankollu, il-​qassisin sħabu kellhom dnubiet għax kienu mixtrijin minn fost l-​umanità midinba.—Apokalissi 5:​9, 10.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja