LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Qed Tistenna Int “il-Belt li Għandha Sisien taʼ Veru”?
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2020 | Awwissu
    • Abraham jgħin lil Sara tinżel minn fuq il-ġemel. Warajhom hemm xi qaddejja qed jaħdmu.

      Abraham kif wera l-fidi tiegħu fil-wegħdi taʼ Ġeħova? (Ara paragrafu 5)

      5. Kif nafu li Abraham kien qed jistenna l-​belt stabbilita minn Alla?

      5 Abraham kif wera li kien qed jistenna l-​belt, jew is-​Saltna, li ġiet stabbilita minn Alla? L-​ewwel, Abraham ma ngħaqad mal-​ebda saltna fuq l-​art. Hu vjaġġa minn post għal ieħor, qatt ma kellu dar permanenti, u qatt ma appoġġja xi sultan uman. Barra minn hekk, Abraham ma pprovax ikollu saltna għalih. Minflok, baqaʼ jobdi lil Ġeħova u stenna biex Ġeħova jwettaq il-​wegħda tiegħu. Billi għamel dan, Abraham wera fidi tal-​għaġeb f’Ġeħova. Ejja naraw xi sfidi ffaċċja u x’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju tiegħu.

  • Qed Tistenna Int “il-Belt li Għandha Sisien taʼ Veru”?
    It-Torri tal-Għassa (Studju)—2020 | Awwissu
    • 7. Abraham għala kellu jafda f’Ġeħova biex jieħu ħsieb lilu u l-​familja tiegħu?

      7 Abraham kellu jafda f’Ġeħova biex jieħu ħsieb lilu u l-​familja tiegħu. Għala? Ftakar li Abraham u Sara telqu d-​dar komda u protetta li kellhom fil-​belt taʼ Ur u marru jgħixu fit-​tined fix-​xagħri taʼ Kangħan. Issa hu u l-​familja tiegħu ma kinux għadhom protetti mis-​swar u l-​kanal fond tal-​ilma. Għalhekk, ma kellhomx protezzjoni u l-​għedewwa tagħhom setgħu jattakkawhom faċilment.

      8. Abraham xi ġralu?

      8 Minkejja li Abraham għamel dak li ried Alla, darba waħda ma kellux biżżejjed ikel biex jitmaʼ l-​familja tiegħu. Fl-​art fejn Ġeħova kien bagħtu, waqaʼ ġuħ kbir. Il-​ġuħ tant kien kbir li Abraham iddeċieda jitlaq mal-​familja tiegħu għal xi żmien l-​Eġittu. Waqt li Abraham kien fl-​Eġittu, il-​Fargħun li kien il-​mexxej tal-​pajjiż ħadlu l-​mara. Immaġina kemm ħassu inkwetat Abraham sakemm Ġeħova ġiegħel lill-​Fargħun biex jagħtih lura lil Sara.—Ġen. 12:10-​19.

      9. Xi problemi kellu Abraham fil-​familja tiegħu?

      9 Fil-​familja taʼ Abraham, kien hemm problemi serji wkoll. Il-​maħbuba martu, Sara, ma setax ikollha tfal. Minħabba f’hekk, kienu diżappuntati għal ħafna snin. Iktar tard, Sara tat il-​qaddejja tagħha, Ħagar, lil Abraham biex ikollha t-​tfal għalihom. Imma meta Ħagar ħarġet tqila b’Ismagħel, hi ma baqgħetx tirrispetta lil Sara. Is-​sitwazzjoni tant kienet diffiċli, li Sara keċċiet lil Ħagar mid-​dar.—Ġen. 16:1-​6.

      10. X’kienu s-​sitwazzjonijiet taʼ Ismagħel u taʼ Iżakk li setgħu jagħmluha diffiċli għal Abraham biex jafda f’Ġeħova?

      10 Fl-​aħħar Sara ħarġet tqila u lil Abraham wilditlu tifel li semmieh Iżakk. Abraham kien iħobb kemm lil Ismagħel kif ukoll lil Iżakk. Imma minħabba li Ismagħel tratta ħażin lil Iżakk, Abraham kellu jkeċċi lil Ismagħel u lil Ħagar. (Ġen. 21:9-​14) Iktar tard, Ġeħova talab lil Abraham biex joffri lil Iżakk bħala sagrifiċċju. (Ġen. 22:1, 2; Ebr. 11:17-​19) Fiż-​żewġ każijiet, Abraham kellu jafda f’Ġeħova li l-​affarijiet kienu se jmorru tajjeb għat-​tfal tiegħu.

      11. Abraham għala kellu jkun paċenzjuż hekk kif jistrieħ fuq Ġeħova?

      11 Matul dan iż-​żmien, Abraham kellu jitgħallem ikun paċenzjuż hekk kif jistrieħ fuq Ġeħova. Hu x’aktarx kellu ’l fuq minn 70 sena meta flimkien mal-​familja tiegħu telaq minn Ur. (Ġen. 11:31, 32; 12:1-​4) U għal madwar mitt sena, hu għex fit-​tined u vjaġġa fl-​art taʼ Kangħan. Abraham miet meta kellu 175 sena. (Ġen. 25:7) Imma hu ma rax lil Ġeħova jwettaq il-​wegħda li jagħti l-​art lid-​dixxendenti tiegħu. U ma kienx għadu ħaj biex jara l-​belt, is-​Saltna t’Alla mwaqqfa. Minkejja dan, Abraham miet “xiħ u sodisfatt.” (Ġen. 25:8) Għalkemm kellu jiffaċċja ħafna sfidi, Abraham kellu fidi soda u kien kuntent jistenna lil Ġeħova. Għala kien kapaċi jissaporti? Għaliex matul ħajtu Ġeħova pproteġieh u ttrattah bħala ħabib.—Ġen. 15:1; Is. 41:8; Ġak. 2:22, 23.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja