LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Imita l-fidi taʼ Mosè
    It-Torri tal-Għassa—2014 | April 15
    • 1, 2. (a) Fl-​età t’40 sena, Mosè ħa liema deċiżjoni? (Ara l-​ewwel stampa.) (b) Mosè għala għażel li jiġi trattat ħażin mal-​poplu t’Alla?

      MOSÈ kien jaf x’tip taʼ futur setaʼ jkollu fl-​Eġittu. Hu ra d-​djar kbar u lussużi tal-​għonja. Kien ġie adottat mill-​familja tas-​sultan. Hu “kien istruwit fl-​għerf kollu taʼ l-​Eġizzjani,” li x’aktarx inkluda l-​arti, l-​astronomija, il-​matematika, u xjenzi oħrajn. (Atti 7:22) Kien ikun faċli ħafna għalih li jkollu l-​flus, il-​qawwa, u l-​privileġġi li Eġizzjan komuni setaʼ biss joħlom bihom!

      2 Però, meta Mosè kellu 40 sena, hu ħa deċiżjoni li żgur ma setgħux jifhmuha l-​familja rjali Eġizzjana li kienet adottatu. Hu lanqas il-​ħajja “normali” t’Eġizzjan komuni m’għażel, imma ħajja fost l-​ilsiera! Għala? Għax Mosè kellu l-​fidi. (Aqra Ebrej 11:24-​26.) Minħabba l-​fidi tiegħu, kien bħallikieku Mosè setaʼ jara lil Ġeħova. Hu kellu fidi f’“Dak li hu inviżibbli” u fit-​twettiq tal-​wegħdi t’Alla.​—Ebr. 11:27.

  • Imita l-fidi taʼ Mosè
    It-Torri tal-Għassa—2014 | April 15
    • 4. Mosè xi rrikonoxxa dwar ‘it-​tgawdija tad-​dnub’?

      4 Bl-​għajnejn tal-​fidi, Mosè rrikonoxxa li ‘t-​tgawdija tad-​dnub’ kienet temporanja. Oħrajn għandhom mnejn irraġunaw li avolja l-​Eġittu kien miżgħud bl-​idolatrija u l-​ispiritiżmu, kien sar qawwa dinjija, filwaqt li n-​nies taʼ Ġeħova kienu qed isofru bħala lsiera! Iżda Mosè kien jaf li Alla setaʼ jbiddel l-​affarijiet. Għalkemm dawk li ffokaw fuq li jissodisfaw ix-​xewqat tagħhom stess donnhom kienu qed jirnexxu, Mosè kien fiduċjuż li dawk mill-​agħar kienu se jinqerdu. Minħabba f’hekk, hu ma ġiex imħajjar mit-​“tgawdija temporanja tad-​dnub.”

      5. X’se jgħinna nirreżistu “t-​tgawdija temporanja tad-​dnub”?

      5 Kif tistaʼ tirreżisti “t-​tgawdija temporanja tad-​dnub”? Qatt tinsa li l-​pjaċir li jġib miegħu d-​dnub jgħaddi malajr. Bl-​għajnejn tal-​fidi, ara li “d-​dinja [qed] tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll.” (1 Ġw. 2:15-​17) Immedita fuq il-​futur taʼ midinbin li ma jindmux. Huma qegħdin ‘fuq art tiżloq hekk kif jaslu fi tmiemhom!’ (Salm 73:18, 19) Meta tiġi mħajjar biex tidneb, staqsi, ‘Liema futur irrid għalija?’

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja