LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w16 Settembru p. 32
  • Mistoqsijiet mill-​qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-​qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Materjal Simili
  • X’Inhu l-Mistrieħ t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Dħalt Int fil-Mistrieħ t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Dħalt Int fil-Mistrieħ t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
w16 Settembru p. 32
Omm u bint isaqqu l-fjuri fil-Ġenna tal-art

“Il-​kelma t’Alla hi ħajja”

Mistoqsijiet mill-​qarrejja

X’inhi “l-​kelma t’Alla” li Ebrej 4:12 jgħid li “hi ħajja u qawwija”?

Il-​kuntest juri li Pawlu kien qed jirreferi għall-​messaġġ t’Alla dwar l-​iskop Tiegħu, bħalma nsibu fil-​Bibbja.

Spiss insemmu Ebrej 4:12 fil-​pubblikazzjonijiet tagħna biex nuru li l-​Bibbja għandha l-​qawwa li tbiddel il-​ħajjiet, u dan hu minnu. Madankollu, hu t’għajnuna li nifhmu x’kien qed jiddiskuti Pawlu meta kiteb il-​kliem t’Ebrej 4:12. Hu kien qed jinkuraġġixxi lill-​Kristjani Ebrej biex jikkooperaw mal-​iskopijiet t’Alla. Ħafna minn dawk l-​iskopijiet instabu fil-​kitba qaddisa. Bħala eżempju, Pawlu uża l-​Iżraelin li Alla ħeles mill-​Eġittu. Huma kellhom it-​tama li jidħlu fl-​“art [imwiegħda] li tnixxi ħalib u għasel,” fejn setgħu jgawdu serħan taʼ veru.—Eżodu 3:8; Dewteronomju 12:9, 10.

Dan kien l-​iskop t’Alla. Imma l-​Iżraelin irrifjutaw id-​direzzjoni taʼ Ġeħova u ma wrewx fidi, u b’hekk il-​maġġorparti minnhom ma daħlux f’dak il-​mistrieħ. (Numri 14:30; Ġożwè 14:6-​10) Madankollu, Pawlu żied jgħid li kien għad “baqaʼ l-​wegħda taʼ dħul fil-​mistrieħ [t’Alla].” (Ebrej 3:16-​19; 4:1) Dik il-​“wegħda” b’mod ċar hi parti minn dak li Alla rrivela dwar l-​iskop tiegħu. Bħall-​Kristjani Ebrej, nistgħu naqraw dwar l-​iskop tiegħu u nikkooperaw miegħu. Sabiex jenfasizza li din il-​wegħda hi bbażata fuq l-​Iskrittura, Pawlu kkwota parti minn Ġenesi 2:2 u Salm 95:11.

Aħna nħossuna grati ħafna għall-​fatt li “baqaʼ l-​wegħda taʼ dħul fil-​mistrieħ” t’Alla. Aħna ċerti li dak li tgħallem il-​Bibbja dwar id-​dħul fil-​mistrieħ t’Alla hu verament possibbli, u ħadna passi biex nidħlu fih. Aħna ma nagħmlux dan billi nipprovaw insegwu l-​Liġi li Alla ta lil Mosè jew nagħmlu affarijiet tajbin għas-​sempliċi fatt biex ikollna l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova. Pjuttost, minħabba l-​fidi tagħna f’Alla, b’ferħ ikkooperajna mal-​iskop tiegħu u qed inkomplu nagħmlu dan. Barra minn hekk, eluf taʼ nies madwar id-​dinja bdew jistudjaw il-​Bibbja u jitgħallmu dak li Alla rrivela dwar l-​iskop tiegħu. Dan immotiva lil ħafna minnhom biex ibiddlu l-​istil tal-​ħajja tagħhom, biex juru fidi, u biex jitgħammdu. Il-​mod li bih qed jiġu effettwati hu prova ċara li “l-​kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.” Dak li Alla għamel magħruf fil-​Bibbja dwar l-​iskop tiegħu diġà effettwalna ħajjitna, u dan se jkompli jagħtina l-​qawwa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja