LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Fuq Kollox, Ħa Jkollkom Imħabba Profonda”
    Ibqaʼ Għassa!
    • “Fuq Kollox, Ħa Jkollkom Imħabba Profonda”

      “Qorob it-​tmiem taʼ kollox. . . . Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin.”—1 PIETRU 4:7, 8.

      ĠESÙ kien jaf li l-​aħħar ftit sigħat maʼ lappostli tiegħu kienu prezzjużi. Hu kien konxju dwar x’kien hemm lest għalihom. Huma kellhom biċċa xogħol kbira x’jagħmlu, imma kellhom ikunu mibgħuda u persegwitati, bħalma kien hu. (Ġwanni 15:​18-20) F’dik l-​aħħar lejla flimkien, Ġesù fakkarhom iktar minn darba fil-​bżonn li ‘jħobbu lil xulxin.’​—Ġwanni 13:​34, 35; 15:​12, 13, 17.

      2 L-​appostlu Pietru, li kien preżenti f’dik il-​lejla, fehmu l-​punt. Snin wara, meta kiteb ftit qabel il-​qerda taʼ Ġerusalemm, Pietru enfasizza l-​importanza taʼ l-​imħabba. Hu ta parir lill-​Kristjani: “Qorob it-​tmiem taʼ kollox. . . . Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin.” (1 Pietru 4:​7, 8) Il-​kliem taʼ Pietru għandu ħafna tifsir għal dawk li qed jgħixu matul “l-​aħħar jiem” taʼ din is-​sistema dinjija. (2 Timotju 3:1) X’inhi l-​“imħabba profonda”? Għala huwa importanti li jkollna mħabba bħal din għal oħrajn? U kif nistgħu nuru li għandna din l-​imħabba?

      “Imħabba Profonda”​—X’inhi?

      3 Ħafna jaħsbu li l-​imħabba hija sentiment li jrid jiġi b’mod naturali. Imma Pietru ma kienx sempliċement qed jitkellem dwar kwalunkwe tip taʼ mħabba; kien qed jitkellem dwar l-​imħabba fl-​iktar għamla nobbli tagħha. Il-​kelma “mħabba” fl-​1 Pietru 4:8 hija traduzzjoni tal-​kelma Griega agape. Dan it-​terminu jfisser imħabba mhix egoista li hija gwidata, jew immexxija, minn prinċipji. Skond xogħol wieħed taʼ referenza, l-​imħabba agape tistaʼ tiġi kontrollata minħabba li primarjament din m’hijiex sentiment imma deċiżjoni li twassal lil dak li jkun biex jaġixxi b’ċertu mod. Peress li writna tendenza egoistika, għandna bżonn it-​tfakkiriet biex nuru mħabba lejn xulxin, u din nuruha bil-​gwida tal-​prinċipji li ġejjin minn Alla.​—Ġenesi 8:21; Rumani 5:​12.

      4 Dan ma jfissirx li aħna nħobbu lil xulxin sempliċement għax inħossuna obbligati li nagħmlu hekk. Agape m’hijiex nieqsa mill-​affezzjoni u s-​sentimenti. Pietru qal li aħna jrid ‘ikollna mħabba profonda [letteralment, “tiġġebbed kemm tiflaħ”] lejn xulxin.’a (Kingdom Interlinear) Madankollu, imħabba bħal din tirrikjedi sforz. Dwar il-​kelma Griega tradotta “profonda,” wieħed studjuż jgħid: “Din iġġibilna f’moħħna stampa tal-​muskoli t’atleta li jiġġebbdu kemm jifilħu hekk kif l-​aħħar ftit saħħa li jkun fadallu jużaha biex itemm il-​ġirja.”

      5 Għalhekk, l-​imħabba tagħna m’għandhiex tkun limitata biex nagħmlu biss dak li jkun faċli jew inkella nuruha biss maʼ ftit nies. L-​imħabba Kristjana titlob li nuru l-​imħabba anki meta jkun diffiċli li nagħmlu dan. (2 Korintin 6:​11-​13) Bla dubju, din l-​għamla taʼ mħabba hija xi ħaġa li rridu nikkultivaw u naħdmu fuqha, l-​istess bħalma atleta jrid jitħarreġ u jaħdem biex jirfina l-​abbiltajiet tiegħu. Huwa vitali li jkollna mħabba bħal din bejnietna. Għala? Mill-​inqas għal tliet raġunijiet.

  • “Fuq Kollox, Ħa Jkollkom Imħabba Profonda”
    Ibqaʼ Għassa!
    • 7 It-​tieni, issa huwa żmien speċjalment vitali biex inħobbu lil xulxin sabiex inkunu nistgħu ngħinu lil ħutna li huma fil-​bżonn għaliex “qorob it-​tmiem taʼ kollox.” (1 Pietru 4:7) Aħna qed ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Timotju 3:1) Il-​kundizzjonijiet fid-​dinja, diżastri naturali, u l-​oppożizzjoni jagħmlulna kollox iktar diffiċli. Meta nsibu ruħna f’ċirkustanzi ebsin, għandna bżonn nersqu saħansitra eqreb lejn xulxin. L-​imħabba profonda se tgħaqqadna flimkien u timmotivana biex ‘nieħdu ħsieb xulxin.’​—1 Korintin 12:​25, 26.

      8 It-​tielet, għandna bżonn inħobbu lil xulxin għaliex ma rridux ‘nagħtu wisaʼ lix-​Xitan’ biex jieħu vantaġġ minna. (Efesin 4:27) Satana malajr juża l-​imperfezzjonijiet taʼ sħabna fit-​twemmin​—id-​dgħjufijiet, in-​nuqqasijiet, u l-​iżbalji tagħhom​—bħala ostakli għalina. Se nħallu aħna xi kumment bla ħsieb jew xi azzjoni li ma kellhiex issir iġġagħalna nitbiegħdu mill-​kongregazzjoni? (Proverbji 12:18) Żgur li le jekk għandna mħabba profonda lejn xulxin! Imħabba bħal din tgħinna nżommu l-​paċi u naqdu lil Alla magħqudin “spalla maʼ spalla.”​—Sofonija 3:​9, NW.

  • “Fuq Kollox, Ħa Jkollkom Imħabba Profonda”
    Ibqaʼ Għassa!
    • 13 L-​imħabba tqanqalna biex ma niffokawx fuq in-​nuqqasijiet taʼ l-​oħrajn. Ftakar li meta Pietru wissa lill-​qarrejja tiegħu biex ikollhom “imħabba profonda lejn xulxin,” hu ta r-​raġuni għala dan huwa daqshekk importanti: “Għax l-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.” (1 Pietru 4:8) Li “tgħatti” d-​dnubiet ma jfissirx li ‘taħbi’ dnubiet serji. Dawn għandhom jiġu rapportati b’mod xieraq, u wħud responsabbli fil-​kongregazzjoni għandhom jieħdu ħsiebhom. (Levitiku 5:1; Proverbji 29:24) Tkun verament xi ħaġa bla mħabba​—u mhux skritturali—li tħalli lil min jidneb b’mod serju jkompli jweġġaʼ jew jittratta ħażin lil uħud innoċenti.​—1 Korintin 5:​9-​13.

      14 Fil-​biċċa l-​kbira mill-​każi, l-​iżbalji u nnuqqasijiet taʼ sħabna fit-​twemmin ma jkunux kbar ħafna. Xi drabi, ilkoll kemm aħna niżbaljaw fi kliemna jew f’dak li nagħmlu, niddiżappuntaw jew anki nweġġgħu lil xulxin. (Ġakbu 3:2) Għandna aħna nkunu pronti biex immorru nxandru n-​nuqqasijiet t’oħrajn? Ħaġa bħal din żgur isservi biex toħloq l-​inkwiet fil-​kongregazzjoni. (Efesin 4:​1-3) Jekk aħna mmexxijin mill-​imħabba, mhux se noqogħdu ‘nqassu’ fuq aduraturi sħabna. (Salm 50:20) Bħalma l-​kisi bil-​ġibs u ż-​żebgħa jgħattu d-​difetti taʼ ħajt, hekk ukoll l-​imħabba tgħatti l-​imperfezzjonijiet taʼ l-​oħrajn.​—Proverbji 17:9.

  • “Fuq Kollox, Ħa Jkollkom Imħabba Profonda”
    Ibqaʼ Għassa!
    • a Fl-​1 Pietru 4:​8, traduzzjonijiet oħra tal-​Bibbja jgħidu li għandna nħobbu lil xulxin “sinċerament,” “intensament,” jew “kollna ħeġġa.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja