LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Wieġeb għall-Wegħdi t’Alla Billi Teżerċita l-Fidi
    It-Torri tal-Għassa—1993 | Ottubru 15
    • 4. Liema kwalitajiet għandna nipprovdu lill-​fidi tagħna?

      4 Fidi fil-​wegħdi taʼ Jehovah u gratitudni għal-​libertà li tana Alla għandhom iqanqluna biex nagħmlu ħilitna kollha biex insiru Kristjani eżemplari. Pietru qal: “Billi tikkontribwixxu bi tweġiba l-​isforz ħerqan kollu tagħkom, ipprovdu lill-​fidi tagħkom virtù, lill-​virtù tagħkom għarfien, lill-​għarfien tagħkom kontroll fuqkom infuskom, lill-​kontroll tagħkom fuqkom infuskom sabar, lis-​sabar tagħkom devozzjoni lejn Alla, lid-​devozzjoni tagħkom lejn Alla affezzjoni tal-​aħwa, lill-​affezzjoni tagħkom tal-​aħwa mħabba.” (2 Pietru 1:​5-7) Pietru b’hekk jagħtina lista li nagħmlu tajjeb li niftakruha bl-​amment. Ejjew nagħtu daqqa t’għajn mill-​qrib lejn dawn il-​kwalitajiet.

  • Wieġeb għall-Wegħdi t’Alla Billi Teżerċita l-Fidi
    It-Torri tal-Għassa—1993 | Ottubru 15
    • 9. (a) X’inhi d-​devozzjoni lejn Alla? (b) Għala għandna nipprovdu l-​affezzjoni tal-​aħwa mad-​devozzjoni tagħna lejn Alla? (ċ) Kif nistgħu nipprovdu l-​imħabba mal-​affezzjoni tagħna tal-​aħwa?

      9 Mas-​sabar tagħna rridu nipprovdu d-​devozzjoni lejn Alla—reverenza, qima, u servizz lil Jehovah. Il-​fidi tagħna tikber hekk kif nipprattikaw id-​devozzjoni lejn Alla u naraw kif Jehovah jittratta mal-​poplu tiegħu. Madankollu, biex nuru mħabba lejn Alla, għandna bżonn affezzjoni tal-​aħwa. Wara kollox, “dak li ma jħobbx lil ħuh, li ra, ma jistax ikun qiegħed iħobb lil Alla, li ma rax.” (1 Ġwann 4:20) Qlubna għandhom iqanqluna biex nuru affezzjoni vera lejn qaddejja oħrajn taʼ Jehovah u biex nieħdu interess fihom kontinwament. (Ġakbu 2:​14-17) Imma għala jintqalilna biex nipprovdu mħabba mal-​affezzjoni tagħna tal-​aħwa? Jidher ċar li Pietru ried ifisser li għandna nuru mħabba għall-​bnedmin kollha, mhux biss għal ħutna. Din l-​imħabba tintwera b’mod speċjali billi nippridkaw l-​aħbar tajba u ngħinu lin-​nies spiritwalment.—Mattew 24:14; 28:​19, 20.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja