LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Il-Bibbja Hi l-Messaġġ t’Alla Għalina
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 1. Jekk il-​Bibbja nkitbet min-​nies, għala ngħidu li ġiet minn Alla?

      Il-​Bibbja nkitbet minn madwar 40 raġel differenti. L-​ewwel ktieb inkiteb madwar 3,500 sena ilu u l-​aħħar ktieb madwar 1,900 sena ilu. Avolja dawn l-​irġiel kienu minn backgrounds differenti, dak li kitbu xorta kien jaqbel. Dan kif jista’ jkun? Għax huwa Alla li kiteb il-​Bibbja. (Aqra l-​1 Tessalonikin 2:13.) Dawn l-​irġiel ma kitbux dak li ħasbu huma. Minflok, huma “tkellmu minn Alla skond kif tmexxew mill-​ispirtu qaddis.”a (2 Pietru 1:21) Bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis, Alla uża lil dawn l-​irġiel biex jiktbu l-​ħsibijiet tiegħu.​—2 Timotju 3:16.

  • X’Tip ta’ Persuna Hu Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 4. L-​ispirtu qaddis hu l-​qawwa t’Alla

      Grupp ta’ Stampi: Affarijiet li Ġeħova għamel bl-ispirtu qaddis. 1. Il-pjaneti u l-univers. 2. Raġel jikteb il-ħsibijiet t’Alla fuq skroll.

      Bħalma aħna nużaw idejna biex nagħmlu xi ħaġa, Ġeħova juża l-​ispirtu qaddis tiegħu. Il-​Bibbja turi li l-​ispirtu qaddis mhuwiex persuna, imma l-​qawwa, jew il-​forza attiva, li Alla juża biex jagħmel dak li jixtieq. Aqra Luqa 11:13 u Atti 2:​17, u mbagħad iddiskuti:

      • Alla se jagħti l-​ispirtu qaddis lil dawk li jitolbu għalih. Allura, taħseb li l-​ispirtu qaddis hu persuna jew il-​qawwa t’Alla? Għala taħseb hekk?

      Ġeħova juża l-​ispirtu qaddis tiegħu biex jagħmel affarijiet tal-​għaġeb. Aqra Salm 104:30 u t-​2 Pietru 1:​20, 21, u mbagħad iddiskuti:

      • X’inhuma xi modi li Ġeħova uża l-​ispirtu qaddis tiegħu?

      Grupp ta’ Stampi: Affarijiet li Ġeħova għamel bl-ispirtu qaddis. 1. Il-pjaneti u l-univers. 2. Raġel jikteb il-ħsibijiet t’Alla fuq skroll.
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja