-
Apprezza Dak li Ġeħova u Ġesù Għamlu GħalikGħix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
3. X’nistgħu nagħmlu biex nuru li napprezzaw?
Immaġina li xi ħadd salvak milli tegħreq. Int se tinsa dak li għamel għalik? Jew tara kif se tagħmel biex turi li tapprezza dak li għamillek?
Aħna għandna l-opportunità li ngħixu għal dejjem minħabba l-qalb tajba taʼ Ġeħova. Aqra l-1 Ġwanni 4:8-10, u mbagħad iddiskuti:
Is-sagrifiċċju taʼ Ġesù għala hu rigal speċjali?
Kif tħossok dwar dak li Ġeħova u Ġesù għamlu għalik?
Kif nistgħu nuru li napprezzaw dak li Ġeħova u Ġesù għamlu għalina? Aqra t-2 Korintin 5:15; u l-1 Ġwanni 4:11; 5:3. Wara li taqra kull skrittura, iddiskuti:
Skont din l-iskrittura, x’nistgħu nagħmlu biex nuru li napprezzaw?
-
-
Għala Għandek Tiddedika Lilek Innifsek u Titgħammed?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
1. Persuna għala tiddedika lilha nfisha?
Aħna niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova għax inħobbuh. (1 Ġwanni 4:10, 19) Il-Bibbja tgħidilna: “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu u b’saħħtek kollha.” (Marku 12:30) Aħna nuru li nħobbu lil Alla b’dak li ngħidu u anki b’dak li nagħmlu. Koppja li jħobbu lil xulxin jiżżewġu. Bl-istess mod, aħna niddedikaw lilna nfusna lil Ġeħova u nitgħammdu għax inħobbuh.
-