LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ħenok Mexa m’Alla f’Dinja li Tiċħad ’l Alla
    It-Torri tal-Għassa—2001 | Settembru 15
    • Il-​Profezija Kontra Dawk li Jiċħdu ’l Alla

      Li nżommu livelli għoljin diġà huwa iebes ferm meta nkunu mdawrin b’nies li jiċħdu ’l Alla. Imma Ħenok wassal ukoll messaġġ taʼ ġudizzju mingħajr kompromess kontra n-​nies mill-​agħar. Gwidat mill-​ispirtu t’Alla, Ħenok iddikjara profetikament: “Ara, il-​Mulej ġej, bl-​eluf taʼ l-​anġli qaddisa tiegħu, biex jagħmel ħaqq minn kulħadd u jikkundanna l-​ħżiena kollha għal kull xorta taʼ ħażen li għamlu, u għall-​kliem iebes kollu li qalu kontra tiegħu l-​midinbin ħżiena.”—Ġuda 14, 15.

      Liema effett kien se jkollu dan il-​messaġġ fuq dawk stinati li ma jemmnux? Huwa raġunevoli li naħsbu li Ħenok ma kienx maħbub minħabba dan il-​kliem li jniggeż, li forsi qanqal lil dawn in-​nies biex jidħqu bih, iżebilħuh, u jhedduh. Xi wħud riedu jsikktuh darba għal dejjem. Madankollu, Ħenok ma beżax. Hu kien jaf xi ġralu t-​twajjeb Abel, u bħalu, Ħenok kien determinat li jaqdi lil Alla, akkost taʼ kollox.

  • Ħenok Mexa m’Alla f’Dinja li Tiċħad ’l Alla
    It-Torri tal-Għassa—2001 | Settembru 15
    • [Kaxxa f’paġna 30]

      Tikkwota l-​Bibbja mill-​Ktieb taʼ Ħenok?

      Il-​Ktieb taʼ Ħenok huwa wieħed mill-​kitbiet taʼ l-​apokrifa u dawk anonimi jew b’isem falz imsejħin psewdepigrafiċi li m’humiex imdaħħlin fil-​kanoni Bibliċi. Dan il-​ktieb jattribwuh b’mod falz lil Ħenok. Sar x’aktarx f’xi żmien matul it-​tieni u l-​ewwel seklu Q.E.K., u huwa kollezzjoni taʼ ħrejjef Lhud esaġerati u mhux storiċi. Mid-​dehra huwa l-​prodott taʼ dettalji żejda u komplikati fit-​tifsir tar-​referenza qasira fil-​Ġenesi fuq Ħenok. Dan biss huwa biżżejjed biex dawk li jħobbu l-​Kelma ispirata t’Alla ma jikkunsidrawx dan il-​ktieb.

      Fil-​Bibbja, il-​ktieb taʼ Ġuda biss fih il-​kliem profetiku taʼ Ħenok: “Ara, il-​Mulej ġej, bl-​eluf taʼ l-​anġli qaddisa tiegħu, biex jagħmel ħaqq minn kulħadd u jikkundanna l-​ħżiena kollha għal kull xorta taʼ ħażen li għamlu, u għall-​kliem iebes kollu li qalu kontra tiegħu l-​midinbin ħżiena.” (Ġuda 14, 15) Ħafna studjużi jsostnu li l-​profezija taʼ Ħenok, kontra dawk li jiċħdu ’l Alla li kienu jgħixu fi żmienu, hija kwotata direttament mill-​Ktieb taʼ Ħenok. Jistaʼ jkun li Ġuda uża ktieb taʼ l-​apokrifa li ma tistax toqgħod fuqu bħala s-​sors tiegħu?

      Fl-​Iskrittura m’għandniex rivelat il-​mod kif Ġuda sar jaf dwar il-​profezija taʼ Ħenok. Hu setaʼ sempliċement ikkwota sors komuni, tradizzjoni taʼ min joqgħod fuqha li kienet ilha tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra minn żmien il-​qedem. Pawlu mid-​dehra għamel xi ħaġa simili meta semma lil Ġannes u Ġambri bħala s-​saħħara tal-​qorti tal-​Fargħun li opponew lil Mosè illi kieku kienu jibqgħu anonimi. Jekk il-​kittieb tal-​Ktieb taʼ Ħenok setaʼ uża sors antik taʼ dan it-​tip, għala għandna niċħdu li Ġuda wkoll setaʼ għamel l-​istess?a​—Eżodu 7:​11, 22; 2 Timotju 3:8.

      Il-​mod kif Ġuda rċieva l-​informazzjoni dwar il-​messaġġ taʼ Ħenok kontra dawk li jiċħdu ’l Alla huwa fatt taʼ ftit importanza. Il-​fatt li Ġuda kiteb taħt l-​ispirazzjoni divina jagħti xiehda li dan hu taʼ min joqgħod fuqu. (2 Timotju 3:16) L-​ispirtu qaddis t’Alla kien jgħasses fuqu biex ma jistqarrx xi ħaġa li ma kinitx vera.

      [Nota taʼ taħt]

      a Id-​dixxiplu Stiefnu wkoll ipprovda informazzjoni li ma tinsab imkien ieħor fl-​Iskrittura Ebrajka. Din kienet tikkonċerna l-​edukazzjoni Eġizzjana taʼ Mosè, il-​fatt li taʼ 40 sena ħarab mill-​Eġittu, l-​40 sena li dam jgħix f’Midjan, u l-​irwol taʼ l-​anġli biex iwasslu l-​Liġi Mosajka.—Atti 7:​22, 23, 30, 38.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja