LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Inħarsu l-Identità Kristjana Tagħna
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Frar 15
    • 4. Ġesù kif enfasizza l-​bżonn li noqogħdu attenti biex nibqgħu nintgħarfu b’mod ċar li aħna Kristjani?

      4 Madankollu, bħala qaddejja dedikati taʼ Ġeħova, aħna nirrealizzaw li tkun xi ħaġa traġika għalina lkoll​—kemm żgħar u kemm kbar—jekk ma nibqgħux nintgħarfu bħala Kristjani. Biex ikollna ħarsa xierqa lejn l-​identità Kristjana tagħna, din trid tkun ibbażata biss fuq il-​livelli taʼ Ġeħova u dak li jistenna minna. Wara kollox, aħna maħluqin fuq ix-​xbieha tiegħu. (Ġenesi 1:​26; Mikea 6:8) Il-​Bibbja xxebbah il-​fatt li nintgħarfu ċar bħala li aħna Kristjani maʼ ħwejjeġ, li jintlibsu biex jarahom kulħadd. Dwar żminijietna, Ġesù wissa: “Ara! Jien ġej bħal ħalliel. Hieni min jibqaʼ mqajjem u jżomm ħwejġu, sabiex ma jimxix għarwien u n-​nies jaraw l-​għajb tiegħu.”a (Rivelazzjoni 16:15) Aħna ma rridux ninżgħu l-​kwalitajiet Kristjani u l-​livelli taʼ kondotta tagħna u nħallu d-​dinja taʼ Satana tifformana. Kieku dan kellu jiġri, konna nitilfu dawn il-​‘ħwejjeġ.’ Sitwazzjoni bħal din tkun taʼ niket u taʼ mistħija.

  • Inħarsu l-Identità Kristjana Tagħna
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Frar 15
    • a Dan il-​kliem għandu mnejn jirreferi għax-​xogħol taʼ uffiċjal tat-​tempju fuq l-​għolja taʼ Ġerusalemm. Matul l-​għassa tal-​lejl, hu kien idur mat-​tempju biex jara jekk l-​għassiesa Leviti kinux imqajmin jew reqdin f’posthom. Kull għassies li kien jinstab rieqed kien jingħata daqqa b’lasta, u ħwejġu setgħu jiġu maħruqa bħala kastig taʼ mistħija.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja