LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • L-​1914​—Sena Sinifikanti fil-​Profeziji tal-​Bibbja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
    • Eżatt bħalma bassar Ġesù, il-​“preżenza” tiegħu bħala Sultan tas-​sema ġiet immarkata minn żviluppi drammatiċi fid-​dinja​—gwerer, ġuħ, terremoti, pestilenza. (Mattew 24:​3-8; Luqa 21:11) Dawn l-​iżviluppi huma evidenza qawwija tal-​fatt li s-​sena 1914 tabilħaqq immarkat it-​twelid tas-​Saltna t’Alla fis-​smewwiet u l-​bidu taʼ l-​“aħħar jiem” taʼ din id-​dinja preżenti mill-​agħar.​—2 Timotju 3:​1-5.

  • Min Hu Mikiel l-​Arkanġlu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
    • APPENDIĊI

      Min Hu Mikiel l-​Arkanġlu?

      L-​ESSERI spirtu msejjaħ Mikiel ma jissemmiex spiss fil-​Bibbja. Madankollu, meta ssir referenza għal dan l-​ispirtu, hu jkun qiegħed fl-​azzjoni. Fil-​ktieb taʼ Danjel, Mikiel qed jissara maʼ demonji mill-​agħar; fl-​ittra taʼ Ġuda qed jitlewwem maʼ Satana; u fil-​ktieb taʼ Rivelazzjoni qed jiggwerra kontra Satana u d-​demonji tiegħu. Billi jiddefendi l-​ħakma taʼ Ġeħova u jiġġieled kontra l-​għedewwa t’Alla, Mikiel jgħix fi qbil mat-​tifsira taʼ ismu​—“Min Hu bħal Alla?” Imma Mikiel min hu?

      Xi drabi, in-​nies huma magħrufa b’iktar minn isem wieħed. Per eżempju, il-​patrijarka Ġakobb huwa magħruf ukoll bħala Iżrael, u l-​appostlu Pietru bħala Xmun. (Ġenesi 49:​1, 2; Mattew 10:2) Bl-​istess mod, il-​Bibbja tindika li Mikiel huwa isem ieħor għal Ġesù Kristu, qabel u wara l-​ħajja tiegħu fuq l-​art. Ejja nikkunsidraw raġunijiet Skritturali għala wasalna għal din il-​konklużjoni.

      Arkanġlu. Il-​Kelma t’Alla tirreferi għal Mikiel “l-​arkanġlu.” (Ġuda 9) Dan it-​terminu jfisser “kap fuq l-​anġli.” Innota li Mikiel jissejjaħ l-​arkanġlu. Dan jagħtina x’nifhmu li jeżisti anġlu wieħed biss bħalu. Fil-​fatt, it-​terminu “arkanġlu” jidher fil-​Bibbja fis-​singular biss, u qatt fil-​plural. Barra minn hekk, Ġesù huwa assoċjat mal-​kariga t’arkanġlu. Dwar il-​Mulej Ġesù Kristu rxoxtat, l-​1 Tessalonikin 4:​16 jistqarr: “Il-​Mulej stess jinżel mis-​sema b’sejħa taʼ kmand, b’leħen t’arkanġlu.” Għalhekk, leħen Ġesù huwa deskritt bħala li huwa dak t’arkanġlu. Din l-​iskrittura b’hekk tagħtina x’nifhmu li Ġesù nnifsu huwa Mikiel l-​arkanġlu.

      Mexxej t’Armata. Il-​Bibbja tistqarr li “Mikiel u l-​anġli tiegħu tqabdu mad-​dragun . . . u l-​anġli tiegħu.” (Rivelazzjoni 12:7) B’hekk, Mikiel huwa l-​Mexxej t’armata t’anġli leali. Rivelazzjoni jiddeskrivi wkoll lil Ġesù bħala l-​Mexxej t’armata t’anġli leali. (Rivelazzjoni 19:​14-16) Ukoll, l-​appostlu Pawlu jsemmi speċifikament lill-​“Mulej Ġesù” u “l-​anġli setgħana tiegħu.” (2 Tessalonikin 1:7) Mela l-​Bibbja titkellem kemm dwar Mikiel u “l-​anġli tiegħu” u kemm dwar Ġesù u “l-​anġli tiegħu.” (Mattew 13:41; 16:27; 24:31; 1 Pietru 3:22) Ladarba l-​Kelma t’Alla ma turi mkien li hemm żewġ armati t’anġli leali fis-​sema​—waħda mmexxija minn Mikiel u l-​oħra mmexxija minn Ġesù—huwa loġiku li nikkonkludu li Mikiel m’huwa ħadd ħlief Ġesù Kristu fl-​irwol li għandu fis-​sema.a

      [Nota taʼ taħt]

      a Iktar informazzjoni rigward il-​fatt li isem Mikiel japplika għall-​Iben t’Alla tidher fit-​tieni Volum, paġni 393-4, taʼ l-​Insight on the Scriptures, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

  • Nidentifikaw lil “Babilonja l-​Kbira”
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
    • APPENDIĊI

      Nidentifikaw lil “Babilonja l-​Kbira”

      FIL-​KTIEB taʼ Rivelazzjoni nsibu espressjonijiet li m’għandhomx jittieħdu letteralment. (Rivelazzjoni 1:1) Per eżempju, dan isemmi mara bl-​isem taʼ “Babilonja l-​Kbira” miktub fuq ġbinha. Jintqalilna li din il-​mara tinsab bil-​qiegħda fuq “popli u folol.” (Rivelazzjoni 17:​1, 5, 15) Ladarba ebda mara letterali ma tistaʼ tagħmel din il-​ħaġa, Babilonja l-​Kbira bilfors li hija simbolika. Allura, din il-​prostituta simbolika x’tirrappreżenta?

      F’Rivelazzjoni 17:​18, l-​istess mara figurattiva hija deskritta bħala “l-​belt il-​kbira li għandha saltna fuq is-​slaten taʼ l-​art.” Il-​kelma “belt” tindika grupp organizzat taʼ nies. Ladarba din

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja