-
Kif Se Tieqaf Int Quddiem it-Tron tal-Ġudizzju?It-Torri tal-Għassa—1995 | Novembru 1
-
-
Kif Se Tieqaf Int Quddiem it-Tron tal-Ġudizzju?
“Meta jiġi Bin il-Bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu.”—MATTEW 25:31.
1-3. Liema raġuni għal ottimiżmu għandna rigward ġustizzja?
‘ĦATI JEW INNOĊENTI?’ Ħafna jitħassbu hekk kif jisimgħu rapporti dwar xi każ fil-qorti. Imħallfin u membri tal-ġurija jistgħu jipprovaw ikunu onesti, imma tirbaħ normalment il-ġustizzja? Ma smajtx int b’inġustizzja u parzjalità fil-proċess ġudizzjarju? Inġustizzja bħal din m’hijiex xi ħaġa ġdida, bħalma naraw fit-tixbieha taʼ Ġesù misjuba f’Luqa 18:1-8.
2 Hi x’inhi l-esperjenza tiegħek mal-ġustizzja umana, innota l-konklużjoni taʼ Ġesù: “Imbagħad Alla, lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar, sejjer ma jagħmlilhomx ħaqq? . . . Jien ngħidilkom li malajr jagħmlilhom ħaqq. Imma taħsbu intom li Bin il-Bniedem se jsib il-fidi fuq l-art meta jiġi?”
3 Iva, Jehovah se jara li l-qaddejja tiegħu finalment jirċievu ġustizzja. Ġesù hu involut, ukoll, speċjalment issa għaliex qegħdin ngħixu fl-“aħħar jiem” tas-sistema preżenti mill-agħar. Jehovah dalwaqt se juża lill-Iben potenti tiegħu biex jeqred għalkollox il-ħażen minn fuq l-art. (2 Timotew 3:1, KŻ; 2 Tessalonkin 1:7, 8; Apokalissi 19:11-16) Aħna nistgħu niksbu dehen dwar l-irwol taʼ Ġesù minn waħda mill-aħħar tixbihat li ta, taʼ spiss imsejħa l-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż.
4. Kif konna nifhmu ż-żmien taʼ twettieq tal-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż, imma għala se nagħtu attenzjoni lejn il-parabbola issa? (Proverbji 4:18)
4 Għal żmien twil aħna ħassejna li l-parabbola tat stampa taʼ Ġesù joqgħod bil-qiegħda bħala Sultan fl-1914 u minn dak iż-żmien ’l hawn jagħmel ġudizzji—ħajja taʼ dejjem għal nies li jagħtu prova li huma bħal ngħaġ, mewt permanenti għall-mogħoż. Imma kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-parabbola jipponta lejn fehma aġġustata dwar iż-żmien taʼ twettieq tagħha u dak li tiffigura. Dan l-irfinar jirrinforza l-importanza tax-xogħol tagħna taʼ ppridkar u s-sinjifikat tar-rispons tan-nies. Biex naraw il-bażi għal din il-fehma iktar profonda tal-parabbola, ejjew nikkunsidraw x’turi l-Bibbja dwar Jehovah u Ġesù, kemm bħala Slaten u kemm bħala Mħallfin.
Jehovah Bħala L-Imħallef Suprem
5, 6. Għala huwa xieraq li nqisu lil Jehovah bħala kemm Sultan u kemm Imħallef?
5 Jehovah jaħkem l-univers b’qawwa fuq kollox. Billi m’għandu ebda bidu u ebda tmiem, hu s-“Sultan taʼ dejjem.” (1 Timotju 1:17; Salm 90:2, 4; Apokalissi 15:3) Għandu awtorità biex jagħmel statuti, jew liġijiet, u li jinforzahom. Imma l-awtorità tiegħu tinkludi li jkun Imħallef. Isaija 33:22 jgħid: “Il-Mulej hu l-imħallef tagħna; il-Mulej il-leġislatur tagħna. Il-Mulej is-sultan tagħna, hu li jsalvana.”
6 Il-qaddejja t’Alla ilhom li rrikonoxxew lil Jehovah bħala l-Imħallef taʼ kawżi u kwistjonijiet. Per eżempju, wara li “l-Imħallef taʼ l-art kollha” kien wiżen l-evidenza dwar il-ħażen taʼ Sodom u Gomorra, hu kemm iġġudika li l-abitanti kien jixirqilhom qerda u kemm inforza dak il-ġudizzju taʼ tjieba. (Ġenesi 18:20-33; Ġob 34:10-12) Kemm għandu jiżgurana li nkunu nafu li Jehovah hu Mħallef taʼ tjieba li dejjem jistaʼ jwettaq il-ġudizzji tiegħu!
7. Jehovah kif aġixxa taʼ Mħallef meta tratta maʼ Iżrael?
7 F’Iżrael tal-qedem, Jehovah xi drabi għamel ħaqq direttament. Ma kontx int tkun imfarraġ lura f’dak iż-żmien li tkun taf li Mħallef perfett kien qiegħed jiddeċiedi l-affarijiet? (Levitiku 24:10-16; Numri 15:32-36; 27:1-11) Alla pprovda wkoll “digrieti” li kienu tajbin kompletament bħala livelli għall-iġġudikar. (Levitiku 25:18, 19; Neħemija 9:13; Salm 19:10, 11 [Salm 19:9, 10, NW]; 119:7, 75, 164; 147:19, 20) Hu “Mħallef taʼ l-art kollha,” u għalhekk ilkoll kemm aħna niġu effettwati.—Lhud 12:23.
8. Danjel liema viżjoni relevanti kellu?
8 Għandna xiehda taʼ “min ra b’għajnejh stess” relatata maʼ din il-kwistjoni. Il-profeta Danjel ġie mogħti viżjoni taʼ bhejjem feroċi li kienu jirrappreżentaw gvernijiet jew imperi. (Danjel 7:1-8, 17) Hu żied: “Tqiegħdu xi tronijiet, u wieħed Xiħ fl-għomor [“Antik tal-Jiem,” NW] qagħad bil-qiegħda; ilbiesu abjad silġ.” (Danjel 7:9) Innota li Danjel ra tronijiet “u wieħed Xiħ fl-għomor [Jehovah] qagħad bil-qiegħda.” Staqsi lilek innifsek, ‘Kien Danjel hawnhekk qiegħed jixhed li Alla sar Sultan?’
9. Liema huwa tifsir wieħed taʼ ‘li toqgħod bil-qiegħda’ fuq tron? Agħti eżempji.
9 Sewwa, meta naqraw li xi ħadd “qagħad bil-qiegħda” fuq tron, nistgħu naħsbu dwar li hu sar sultan, għaliex il-Bibbja xi drabi tuża lingwaġġ bħal dan. Per eżempju: “Malli [Żimri] beda jsaltan, u qagħad fuq it-tron, [hu] . . . ” (1 Slaten 16:11; 2 Slaten 10:30; 15:12; Ġeremija 33:17) Profezija Messjanika qalet: “[Hu] joqgħod [bil-qiegħda] jaħkem fuq it-tron tiegħu.” Għaldaqstant, li ‘toqgħod bil-qiegħda fuq tron’ jistaʼ jfisser li ssir sultan. (Żakkarija 6:12, 13) Jehovah hu deskritt bħala Sultan li qiegħed bil-qiegħda fuq tron. (1 Slaten 22:19; Isaija 6:1; Apokalissi 4:1-3) Hu s-“Sultan taʼ dejjem.” Madankollu, hekk kif afferma aspett ġdid taʼ sovranità, setaʼ jintqal li hu sar Sultan, bħal li kieku poġġa bil-qiegħda mill-ġdid fuq it-tron tiegħu.—1 Kronaki 16:1, 31; Isaija 52:8 [Isaija 52:7, NW]; Apokalissi 11:15-17; 15:3; 19:1, 2, 6.
10. Liema kienet funzjoni prinċipali taʼ slaten Iżraeliti? Agħti eżempju.
10 Imma hawn huwa punt fundamentali: Funzjoni prinċipali taʼ slaten tal-qedem kienet dik li jisimgħu kawżi u jagħmlu ġudizzji. (Proverbji 20:8; 29:14) Ftakar fil-ġudizzju għaqli taʼ Salamun meta żewġ nisa riedu l-istess tarbija. (1 Slaten 3:16-28; 2 Kronaki 9:8) Wieħed mill-bini governattivi tiegħu kien “is-Sala tat-Tron, fejn kien jamministra l-ġustizzja,” imsejħa wkoll “is-sala tal-ġustizzja.” (1 Slaten 7:7) Ġerusalemm kienet deskritta bħala l-post fejn “twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq.” (Salm 122:5) Biċ-ċar, ‘li toqgħod bil-qiegħda fuq tron’ jistaʼ jfisser ukoll li teżerċita awtorità ġudizzjarja.—Eżodu 18:13; Proverbji 20:8.
11, 12. (a) X’kien is-sinjifikat tat-tqegħid bil-qiegħda taʼ Jehovah, imsemmi f’Danjel kapitlu 7? (b) Testi oħrajn kif jikkonfermaw li Jehovah joqgħod bil-qiegħda biex jiġġudika?
11 Issa ejjew nirritornaw lejn ix-xena fejn Danjel ra x-‘Xiħ fl-għomor joqgħod bil-qiegħda.’ Danjel 7:10 jżid: “Il-Qorti qagħdet bil-qiegħda, u l-kotba nfetħu.” Iva, l-Antik tal-Jiem kien qiegħed bil-qiegħda biex jagħmel ħaqq dwar dominanza dinjija u biex jiġġudika lil Bin il-bniedem bħala denju li jaħkem. (Danjel 7:13, 14) Imbagħad naqraw li “ġie x-Xiħ fl-għomor u għamel il-ħaqq lill-qaddisin,” dawk iġġudikati xierqa biex jaħkmu maʼ Bin il-Bniedem. (Danjel 7:22) Finalment ‘il-Qorti qagħdet bil-qiegħda’ u għamlet ħaqq avvers fuq l-aħħar potenza dinjija.—Danjel 7:26.a
12 Konsegwentement, li Danjel ra lil Alla ‘joqgħod bil-qiegħda fuq tron’ kien ifisser li Hu jiġi biex jagħmel ħaqq. Iktar kmieni David għanna: “Int [Jehovah] ħadt f’idejk id-dritt u l-kawża tiegħi, taʼ mħallef ġust qgħadt fuq it-tron tiegħek.” (Salm 9:5, 8 [Salm 9:4, 7, NW]) U Ġoel kiteb: “Ħa jitqanqlu l-ġnus u jmorru fil-Wied taʼ Ġosafat! Għax hemm [jien, Jehovah] se noqgħod [bil-qiegħda] biex nagħmel ħaqq mill-ġnus kollha.” (Ġoel 4:12 [Ġoel 3:12, NW]; qabbel Isaija 16:5.) Kemm Ġesù kif ukoll Pawlu kienu f’sitwazzjonijiet ġudizzjarji li fihom bniedem qagħad bil-qiegħda biex jismaʼ kawża u jagħmel ħaqq.b—Ġwann 19:12-16; Atti 23:3; 25:6.
Il-Pożizzjoni Taʼ Ġesù
13, 14. (a) Il-poplu t’Alla liema assiguranza kellhom li Ġesù kellu jsir Sultan? (b) Ġesù meta qagħad bil-qiegħda fuq it-tron tiegħu, u f’liema sens ħakem mis-sena 33 E.K. ’il quddiem?
13 Jehovah hu kemm Sultan u kemm Imħallef. Xi ngħidu dwar Ġesù? L-anġlu li ħabbar it-twelid tiegħu qal: “Il-Mulej Alla jagħtih it-tron taʼ David missieru . . . u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.” (Luqa 1:32, 33) Ġesù kellu jkun eredi permanenti taʼ l-istat taʼ sultan Davidiku. (2 Samwel 7:12-16) Hu kellu jaħkem mis-sema, għaliex David qal: “Il-kelma tal-Mulej [Jehovah] lil Sidi [Ġesù]: ‘Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek mirfes taħt riġlejk.’ Ix-xettru tal-qawwa tiegħek jibgħat il-Mulej minn Sijon: ‘Aħkem f’nofs l-għedewwa tiegħek.’”—Salm 110:1-4.
14 Meta kellu jkun dak? Ġesù ma ħakimx bħala Sultan waqt li kien bniedem. (Ġwann 18:33-37) Fis-sena 33 E.K., hu miet, ġie rxoxtat, u telaʼ s-sema. Lhud 10:12 jgħid: “Imma Kristu, wara li offra sagrifiċċju wieħed għad-dnubiet, qagħad għal dejjem fuq in-naħa tal-lemin t’Alla.” X’awtorità kellu Ġesù? “[Alla] qiegħdu fil-lemin tiegħu fis-smewwiet, ’il fuq minn kull Saltna u Setgħa, minn kull Qawwa u Ħakma . . . u għamlu Ras fuq il-Knisja kollha.” (Efesin 1:20-22) Peress li Ġesù dak iż-żmien kellu awtorità fuq il-Kristjani, Pawlu setaʼ jikteb li Jehovah “ħelisna mill-ħakma tad-dlam, u daħħalna fis-saltna taʼ Ibnu l-maħbub.”—Kolossin 1:13; 3:1.
15, 16. (a) Għala ngħidu li Ġesù ma sarx Sultan tas-Saltna t’Alla fis-sena 33 E.K.? (b) Ġesù meta beda jaħkem fis-Saltna t’Alla?
15 F’dak iż-żmien, madankollu, Ġesù m’aġixxiex bħala Sultan u Mħallef fuq il-ġnus. Hu kien bil-qiegħda maʼ ġenb Alla, jistenna ż-żmien biex jaġixxi bħala Sultan tas-Saltna t’Alla. Pawlu kiteb dwaru: “Lil min mill-anġli qatt qal: ‘Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nagħmel l-għedewwa tiegħek mirfes għal riġlejk’?”—Lhud 1:13.
16 Ix-Xhieda taʼ Jehovah ippubblikaw ħafna evidenza li l-perijodu taʼ stennija taʼ Ġesù għalaq fl-1914, meta sar ħakkiem tas-Saltna t’Alla fis-smewwiet inviżibbli. Apokalissi 11:15, 18 jgħid: “Is-saltna tad-dinja saret taʼ Sidna u tal-Kristu tiegħu, u hu se jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.” “Il-ġnus imtlew bil-korla, imma l-korla tiegħek ġiet.” Iva, il-ġnus esprimew il-korla tagħhom lejn xulxin matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. (Luqa 21:24) Il-gwerer, it-terremoti, il-pestilenzi, l-iskarsezzi taʼ l-ikel, u affarijiet bħal dawn, li ilna naraw mill-1914 ’l hawn jikkonfermaw li Ġesù qiegħed issa jaħkem fis-Saltna t’Alla, u t-tmiem finali tad-dinja huwa qrib.—Mattew 24:3-14.
17. Liema punti fundamentali stabbilejna s’issa?
17 Bħala reviżjoni qasira: Alla jistaʼ jintqal li qiegħed bil-qiegħda fuq tron bħala Sultan, imma f’sens ieħor jistaʼ joqgħod bil-qiegħda fuq it-tron tiegħu biex jiġġudika. Fis-sena 33 E.K., Ġesù qagħad bil-qiegħda fuq l-id il-leminija t’Alla, u issa hu Sultan tas-Saltna. Imma Ġesù, li issa qiegħed jirrenja bħala Sultan, qiegħed hu jaqdi wkoll bħala Mħallef? U dan għala għandu jikkonċernana, speċjalment f’dan iż-żmien?
18. Liema evidenza hemm li Ġesù kellu jkun ukoll Imħallef?
18 Jehovah, li għandu d-dritt jaħtar imħallfin, għażel lil Ġesù bħala Mħallef li jilħaq il-livelli Tiegħu. Ġesù wera dan meta tkellem dwar nies li jsiru ħajjin spiritwalment: “Il-Missier ma jagħmel ħaqq minn ħadd, imma ħalla f’idejn l-Iben biex jagħmel il-ħaqq kollu hu.” (Ġwann 5:22) Madankollu, l-irwol ġudizzjarju taʼ Ġesù jissupera dik ix-xorta taʼ ġġudikar, peress li hu mħallef tal-ħajjin u tal-mejtin. (Atti 10:42; 2 Timotju 4:1) Pawlu darba ddikjara: “[Alla] għażel jum li fih għandu jagħmel ħaqq ġust mid-dinja permezz taʼ bniedem [Ġesù] li ħatru hu; u taʼ dan kollu ta prova quddiem kulħadd billi lilu qajmu mill-imwiet.”—Atti 17:31; Salm 72:2-7.
19. Għala huwa korrett li titkellem dwar Ġesù bħala li qiegħed bil-qiegħda bħala Mħallef?
19 Iġġustifikati aħna b’hekk li nikkonkludu li Ġesù joqgħod bil-qiegħda fuq tron glorjuż fl-irwol speċifiku taʼ Mħallef? Iva, Ġesù qal lill-appostli: “Fid-dinja l-ġdida meta Bin il-Bniedem joqgħod [bil-qiegħda] fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù taʼ Israel.” (Mattew 19:28) Għalkemm issa Ġesù hu Sultan tas-Saltna, l-attività l-oħra tiegħu msemmija f’Mattew 19:28 se tinkludi li joqgħod bil-qiegħda fuq tron biex jiġġudika matul il-Millennju. F’dak iż-żmien se jiġġudika lill-umanità kollha, it-twajbin u dawk m’humiex twajbin. (Atti 24:15) Huwa t’għajnuna li nżommu dan f’moħħna hekk kif indawru l-attenzjoni tagħna lejn waħda mill-parabboli taʼ Ġesù li hija relatata maʼ żmienna u maʼ ħajjietna.
X’Tgħid Il-Parabbola?
20, 21. L-appostli taʼ Ġesù xi staqsew li huwa relatat maʼ żmienna, li jwassal għal liema mistoqsija?
20 Ftit qabel ma Ġesù miet, l-appostli tiegħu staqsewh: “Dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-sinjal tal-miġja tiegħek u taʼ tmiem id-dinja?” (Mattew 24:3) Ġesù ħabbar żviluppi sinjifikanti fuq l-art qabel kellu “jiġi t-tmiem.” Ftit qabel dak it-tmiem, il-ġnus se “jaraw lil Bin il-Bniedem ġej fuq is-sħab tas-sema b’qawwa u glorja kbira.”—Mattew 24:14, 29, 30.
21 Kif, iżda, se jgħadduha nies f’dawk il-ġnus meta Bin il-bniedem jasal fil-glorja tiegħu? Ejjew naraw mill-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż, li tibda bil-kliem: “Meta jiġi Bin il-Bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha.”—Mattew 25:31, 32.
22, 23. Liema punti jindikaw li l-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż ma bdietx it-twettieq tagħha fl-1914?
22 Tapplika din il-parabbola għal meta Ġesù qagħad bil-qiegħda b’qawwa taʼ sultan fl-1914, bħalma ilna nifhmu għal żmien twil? Sewwa, Mattew 25:34 tassew li jitkellem dwaru bħala Sultan, u għalhekk il-parabbola loġikament issib applikazzjoni minn mindu Ġesù sar Sultan fl-1914. Imma liema ġġudikar għamel malajr wara dan? Ma kienx iġġudikar tal-“ġnus kollha.” Minflok, hu dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn dawk li kienu jsostnu li jifformaw “[id]-dar t’Alla.” (1 Pietru 4:17) Fi qbil maʼ Malakija 3:1-3, Ġesù, bħala l-messaġġier taʼ Jehovah, spezzjona b’mod ġudizzjarju lill-Kristjani midlukin li kien għad baqaʼ fuq l-art. Kien ukoll żmien għal sentenza ġudizzjarja fuq il-Kristjaneżmu, li falzament sostna li huwa “[d]-dar t’Alla.”c (Apokalissi 17:1, 2; 18:4-8) Madankollu xejn ma jindika li f’dak iż-żmien, jew jekk niġu f’dan minn dak in-nhar ’l hawn, Ġesù qagħad bil-qiegħda biex jiġġudika lil nies mill-ġnus kollha finalment bħala ngħaġ jew mogħoż.
23 Jekk nanalizzaw l-attività taʼ Ġesù fil-parabbola, nosservawh finalment jiġġudika lill-ġnus kollha. Il-parabbola ma turix li ġġudikar bħal dan kellu jkompli fuq perijodu estiż taʼ ħafna snin, bħal li kieku kull persuna li mietet matul dawn l-aħħar għaxriet taʼ snin ġiet iġġudikata denja taʼ mewt għal dejjem jew ħajja għal dejjem. Jidher li l-maġġoranza li mietu fl-għaxriet taʼ snin riċenti marru fil-qabar komuni taʼ l-umanità. (Apokalissi 6:8; 20:13) Il-parabbola, iżda, tagħti stampa taż-żmien meta Ġesù jiġġudika lin-nies tal-“ġnus kollha” li jkunu ħajjin dak iż-żmien u jiffaċċjaw l-esekuzzjoni tas-sentenza ġudizzjarja tiegħu.
24. Il-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż meta se titwettaq?
24 Fi kliem ieħor, il-parabbola tipponta lejn il-futur meta Bin il-bniedem se jiġi fil-glorja tiegħu. Hu se joqgħod bil-qiegħda biex jiġġudika lin-nies ħajjin f’dak iż-żmien. Il-ġudizzju tiegħu se jkun ibbażat fuq dak li jkunu wrew li huma. F’dak iż-żmien “id-distinzjoni bejn wieħed twajjeb u wieħed mill-agħar” tkun ġiet stabbilita biċ-ċar. (Malakija 3:18, NW) L-ippronunzjar u l-esekuzzjoni attwali taʼ ġudizzju se jiġu mwettqin fi żmien limitat. Ġesù se jieħu deċiżjonijiet ġusti bbażati fuq dak li jkun sar evidenti dwar individwi.—Ara wkoll 2 Korintin 5:10.
25. Mattew 25:31 taʼ liema ħaġa jagħti stampa meta jitkellem dwar Bin il-bniedem bil-qiegħda fuq tron glorjuż?
25 Dan ifisser, allura, li l-fatt li Ġesù ‘joqgħod bil-qiegħda fuq it-tron glorjuż tiegħu’ għall-ġudizzju, imsemmi f’Mattew 25:31, japplika għall-punt futur meta dan is-Sultan potenti se joqgħod bil-qiegħda biex jippronunzja u jesegwixxi ġudizzju fuq il-ġnus. Iva, ix-xena taʼ ġudizzju li tinvolvi lil Ġesù f’Mattew 25:31-33, 46 hija komparabbli max-xena f’Danjel kapitlu 7, fejn is-Sultan renjanti, l-Antik tal-Jiem, qagħad bil-qiegħda biex iwettaq l-irwol tiegħu bħala Mħallef.
26. Liema spjegazzjoni ġdida tal-parabbola ssir evidenti?
26 Li nifhmu l-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż b’dan il-mod jindika li l-għemil taʼ ħaqq fuq in-ngħaġ u l-mogħoż huwa futur. Dan se jseħħ wara li tfaqqaʼ “d-diqa” msemmija f’Mattew 24:29, 30 u Bin il-bniedem ‘jasal fil-glorja tiegħu.’ (Qabbel Mark 13:24-26.) Imbagħad, bis-sistema mill-agħar kollha kemm hi fi tmiemha, Ġesù se jlaqqaʼ l-qorti u jagħmel u jesegwixxi ħaqq.—Ġwann 5:30; 2 Tessalonkin 1:7-10.
27. X’għandna nkunu interessati li nkunu nafu dwar il-parabbola finali taʼ Ġesù?
27 Dan jikkjarifika l-fehma tagħna dwar iż-żmien taʼ twettieq tal-parabbola taʼ Ġesù, li turi meta n-ngħaġ u l-mogħoż se jiġu ġġudikati. Imma dan kif jeffettwa lilna li qegħdin nippridkaw b’mod żeluż l-aħbar tajba tas-Saltna? (Mattew 24:14) Jagħmel dan lix-xogħol tagħna inqas sinjifikanti, jew iġib piż akbar taʼ responsabbiltà? Ejjew naraw fl-artiklu li jmiss kif niġu effettwati aħna.
(w95 10/15)
[Noti taʼ Taħt]
a Il-kelma tradotta “Qorti” f’Danjel 7:10, 26 hija wkoll misjuba f’Esdra 7:26 u Danjel 4:37; 7:22.
b Rigward li Kristjani jtellgħu lil xulxin il-qorti, Pawlu staqsa: “Tagħmlu bħala mħallfin [litteralment “tqiegħdu bil-qiegħda” lil] dawk li fil-knisja huma lanqas stmati?”—1 Korintin 6:4, KŻ.
c Ara Revelation—Its Grand Climax At Hand!, paġni 56, 73, 235-45, 260, ippubblikat mill-Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.
Tiftakar Int?
◻ Jehovah kif jaqdi bħala kemm Sultan kif ukoll Imħallef?
◻ Liema żewġ tifsiriet jistaʼ jkun hemm għal ‘li toqgħod bil-qiegħda fuq tron’?
◻ X’konna ngħidu qabel dwar iż-żmien taʼ twettieq taʼ Mattew 25:31, imma liema bażi hemm għal fehma aġġustata?
◻ Bin il-bniedem meta joqgħod bil-qiegħda fuq it-tron tiegħu, bħalma huwa indikat f’Mattew 25:31?
-
-
Liema Futur għan-Ngħaġ u l-Mogħoż?It-Torri tal-Għassa—1995 | Novembru 1
-
-
Liema Futur għan-Ngħaġ u l-Mogħoż?
“Hu jifridhom [lin-nies] minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-ngħaġ mill-mogħoż.”—MATTEW 25:32.
1, 2. Il-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż għala għandha tinteressana?
ĠESÙ KRISTU ċertament li kien l-aqwa Għalliem fuq l-art. (Ġwann 7:46) Wieħed mill-metodi tiegħu taʼ tagħlim kien l-użu taʼ parabboli, jew tixbihat. (Mattew 13:34, 35) Dawn kienu sempliċi u madankollu qawwijin f’li jwasslu veritajiet spiritwali u profetiċi profondi.
2 Fil-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż, Ġesù pponta lejn żmien fejn hu kien se jaġixxi f’kapaċità speċjali: “Meta jiġi Bin il-Bniedem fil-glorja tiegħu u . . . ” (Mattew 25:31) Dan għandu jinteressana għaliex hija t-tixbieha li biha Ġesù jikkonkludi t-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija: “X’se jkun is-sinjal tal-miġja tiegħek u taʼ tmiem id-dinja?” (Mattew 24:3) Imma dan x’ifisser għalina?
3. Iktar kmieni fit-taħdita tiegħu, Ġesù x’qal li kellu jiżviluppa immedjatament wara li tibda t-tribulazzjoni l-kbira?
3 Ġesù bassar żviluppi notevoli li kellhom jiġu “minnufih wara” t-tfaqqiegħ taʼ tribulazzjoni kbira, żviluppi li qegħdin nistennew. Hu qal li mbagħad “[i]s-sinjal taʼ Bin il-Bniedem” kellu jidher. Dan se jeffettwa profondament lill-“popli kollha taʼ l-art” li se “jaraw lil Bin il-Bniedem ġej fuq is-sħab tas-sema b’qawwa u glorja kbira.” Bin il-bniedem se jkun akkumpanjat mill-“anġli tiegħu.” (Mattew 24:21, 29-31)a Xi ngħidu dwar il-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż? Bibbji moderni jpoġġuha f’kapitlu 25, imma din hija parti mit-tweġiba taʼ Ġesù, li tagħti iżjed dettalji dwar il-miġja tiegħu bi glorja u li tiffoka fuq l-iġġudikar tiegħu tal-“ġnus kollha.”—Mattew 25:32.
Personaġġi Fil-Parabbola
4. Ġesù b’liema mod jissemma fil-bidu tal-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż, u min iżjed jidħol fl-istampa?
4 Ġesù jibda l-parabbola billi jgħid: “Meta jiġi Bin il-Bniedem.” Int x’aktarx li taf min hu “Bin il-Bniedem.” Il-kittieba tal-Vanġelu taʼ spiss applikaw dik l-espressjoni għal Ġesù. Saħansitra Ġesù nnifsu għamel dan, billi bla dubju kellu f’moħħu l-viżjoni taʼ Danjel taʼ “[xi ħadd] bħal iben il-bniedem” javviċina lill-Antik fil-Jiem biex jirċievi “ħakma, ġieħ, u saltna.” (Danjel 7:13, 14; Mattew 26:63, 64; Mark 14:61, 62) Fil-waqt li Ġesù hu l-wieħed prinċipali f’din il-parabbola, hu m’huwiex waħdu. Iktar kmieni f’din it-taħdita, kif ikkwotata f’Mattew 24:30, 31, hu qal li meta Bin il-bniedem ‘jiġi b’qawwa u glorja kbira,’ l-anġli tiegħu se jkollhom irwol vitali. B’mod simili, il-parabbola tan-ngħaġ u l-mogħoż turi anġli maʼ Ġesù meta hu ‘joqgħod bil-qiegħda fuq it-tron glorjuż tiegħu’ biex jiġġudika. (Qabbel Mattew 16:27.) Imma l-Imħallef u l-anġli tiegħu huma fis-sema, huma għalhekk bnedmin diskussi fil-parabbola?
5. Kif nistgħu nidentifikaw lil ‘ħut’ Ġesù?
5 Daqqa t’għajn lejn il-parabbola tirrivela tliet gruppi li għandna bżonn nidentifikaw. Minbarra n-ngħaġ u l-mogħoż, Bin il-bniedem iżid it-tielet grupp li l-identità tiegħu hija ċentrali f’li nidentifikaw lin-ngħaġ u l-mogħoż. Ġesù jsejjaħ lil dan it-tielet grupp ħutu spiritwali. (Mattew 25:40, 45) Huma jridu jkunu adoraturi veri, għaliex Ġesù qal: “Kulmin jagħmel ir-rieda taʼ Missieri . . . dak hu ħija, u oħti, u ommi.” (Mattew 12:50; Ġwann 20:17) Iktar għall-punt, Pawlu kiteb dwar Kristjani li huma parti minn “nisel Abraham” u li huma wlied Alla. Sejjaħ lil dawn ‘ħut’ Ġesù u ‘li għandhom sehem fis-sejħa tas-sema.’—Lhud 2:9–3:1; Galatin 3:26, 29.
6. Min huma “l-iżgħar” minn ħut Ġesù?
6 Ġesù għala semma “l-iżgħar” minn ħutu? Dak il-kliem jidwi dak li l-appostli semgħuh jgħid iktar kmieni. Meta għamel kuntrast bejn Ġwanni l-Battista, li miet qabel Ġesù u għalhekk kellu tama għall-art, u dawk li se jiksbu ħajja fis-sema, Ġesù qal: “Ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.” (Mattew 11:11) Xi wħud li sejrin fis-sema setgħu kienu prominenti fil-kongregazzjoni, bħall-appostli, u oħrajn inqas prominenti, imma kollha huma l-aħwa spiritwali taʼ Ġesù. (Luqa 16:10; 1 Korintin 15:9; Efesin 3:8; Lhud 8:11) B’hekk, saħansitra jekk xi wħud dehru insinjifikanti fuq l-art, huma kienu ħutu u kellhom jiġu ttrattati fi qbil maʼ dan.
Min Huma N-Ngħaġ u L-Mogħoż?
7, 8. Ġesù x’qal dwar in-ngħaġ, u għalhekk x’nistgħu nikkonkludu dwarhom?
7 Naqraw rigward l-iġġudikar tan-ngħaġ: “[Ġesù] jgħid lil dawk fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja. Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.’ Imbagħad iweġbuh il-ġusti, ‘Mulej,’ jgħidulu, ‘meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx u sqejniek? Meta rajniek barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? Meta rajniek marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?’ U s-Sultan iweġibhom u jgħid, ‘Tassew, ngħidilkom, kulma għamiltu maʼ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.’”—Mattew 25:34-40.
8 Ovvjament, in-ngħaġ iġġudikati denji li jkunu fuq in-naħa tal-lemin taʼ l-unur u l-favur taʼ Ġesù jirrappreżentaw klassi taʼ bnedmin. (Efesin 1:20; Lhud 1:3) X’għamlu huma u meta? Ġesù jgħid li huma b’qalb tajba, b’rispett, u b’ġenerożità tawh ikel, xorb, u lbies, waqt li għenuh meta kien marid jew fil-ħabs. Meta n-ngħaġ jgħidu li ma kinux għamlu dan lil Ġesù personalment, hu jindika li huma kienu taw appoġġ lil ħutu spiritwali, il-fdal taʼ Kristjani midlukin, u għalhekk f’dak is-sens għamluh lilu.
9. Il-parabbola għala ma tapplikax matul il-Millennju?
9 Il-parabbola ma tapplikax matul il-Millennju, għaliex il-midlukin m’humiex se jkunu f’dak iż-żmien bnedmin isofru ġuħ, għatx, mard, jew priġunerija. Ħafna minnhom, iżda, esperjenzaw affarijiet bħal dawn matul il-konklużjoni taʼ dis-sistema t’affarijiet. Minn mindu Satana ġie mitfugħ ’l isfel lejn l-art, huwa għamel lill-fdal il-mira speċjali tal-furja tiegħu, billi ġab fuqhom redikolar, tortura, u mewt.—Apokalissi 12:17.
10, 11. (a) Għala mhux raġonevoli li taħseb li n-ngħaġ jinkludu lil kulmin jagħmel xi għemil taʼ qalb tajba lil ħut Ġesù? (b) In-ngħaġ lil min jirrappreżentaw b’mod xieraq?
10 Qiegħed Ġesù jgħid li kulmin jagħmel xi att żgħir taʼ qalb tajba lil wieħed minn ħutu, bħal meta joffri xi biċċa ħobż jew xi tazza ilma, jikkwalifika bħala wieħed minn dawn in-ngħaġ? Veru, li tagħmel atti taʼ qalb tajba bħal dawn jistaʼ jirrifletti qalb tajba umana, imma tassew, jidher li wisq iżjed huwa involut man-ngħaġ taʼ din il-parabbola. Ġesù ċertament li ma kienx qiegħed jirreferi, per eżempju, għal atei jew membri tal-kleru li b’kumbinazzjoni jagħmlu xi att taʼ qalb tajba lil wieħed minn ħutu. Għall-kuntrarju, Ġesù darbtejn sejjaħ lin-ngħaġ “[uħud] ġusti.” (Mattew 25:37, 46) Mela n-ngħaġ iridu jkunu wħud li matul perijodu taʼ żmien taw l-għajnuna—billi appoġġjaw b’mod attiv—lil ħut Kristu u eżerċitaw fidi sal-punt li jirċievu waqfa taʼ tjieba quddiem Alla.
11 Matul is-sekli, ħafna bħal Abraham gawdew waqfa taʼ tjieba. (Ġakbu 2:21-23) Noè, Abraham, u wħud leali oħrajn jgħoddu fost in-“ngħaġ oħrajn” li se jirtu l-ħajja fil-Ġenna taħt is-Saltna t’Alla. Fi żminijiet riċenti miljuni oħrajn ħaddnu l-vera qima bħala ngħaġ oħrajn u saru “merħla waħda” mal-midlukin. (Ġwann 10:16; Apokalissi 7:9) Dawn b’tamiet għall-art jirrikonoxxu lil ħut Ġesù bħala ambaxxaturi tas-Saltna u għalhekk għenuhom—litteralment u spiritwalment. Ġesù jqis bħala li sar lilu dak li n-ngħaġ l-oħrajn jagħmlu għal ħutu fuq l-art. Uħud bħal dawn li jkunu ħajjin meta jiġi biex jiġġudika l-ġnus se jiġu ġġudikati bħala ngħaġ.
12. In-ngħaġ għala għandhom mnejn jistaqsu kif kienu wettqu atti taʼ qalb tajba lil Ġesù?
12 Jekk in-ngħaġ l-oħrajn qegħdin issa jippridkaw l-aħbar tajba mal-midlukin u jgħinuhom, għala se jistaqsu: “Mulej, . . . meta rajniek bil-ġuħ u tmajniek, jew bil-għatx u sqejniek?” (Mattew 25:37) Jistaʼ jkun hemm diversi raġunijiet. Din hija parabbola. Permezz tagħha, Ġesù juri t-tħassib profond tiegħu għal ħutu spiritwali; hu jħoss magħhom, isofri magħhom. Ġesù kien qal iktar kmieni: “Min jilqaʼ lilkom jilqaʼ lili, u min jilqaʼ lili jkun jilqaʼ lil dak li bagħatni.” (Mattew 10:40) F’din it-tixbieha, Ġesù jestendi l-prinċipju, billi juri li dak li jsir (tajjeb jew ħażin) lil ħutu jilħaq saħansitra sas-sema; huwa bħal li kieku sar lilu fis-sema. Ukoll, Ġesù hawnhekk jenfasizza l-livell taʼ Jehovah għall-iġġudikar, billi jagħmilha ċara li l-ġudizzju t’Alla, kemm jekk favorevoli jew taʼ kundanna, huwa validu u ġust. Il-mogħoż ma jistgħux iġibu l-iskuża, ‘Sewwa, mhux li kieku rajna lilek direttament.’
13. Uħud bħal mogħoż għala għandhom mnejn jindirizzaw lil Ġesù bħala “Mulej”?
13 Ladarba napprezzaw meta huwa li l-ġudizzju muri f’din il-parabbola jingħata, aħna jkollna dehra iktar ċara min huma l-mogħoż. It-twettieq huwa meta “jidher fis-sema s-sinjal taʼ Bin il-Bniedem, [u mbagħad] il-popli kollha taʼ l-art jibdew jagħtu fuq sidirhom, u jaraw lil Bin il-Bniedem ġej . . . b’qawwa u glorja kbira.” (Mattew 24:29, 30) Uħud li jibqgħu ħajjin wara t-tribulazzjoni fuq Babilonja l-Kbira u li ttrattaw lil ħut is-Sultan b’disprezz għandhom mnejn issa b’mod iddisprat jindirizzaw lill-Imħallef bħala “Mulej,” billi jittamaw li jsalvaw ħajjiethom.—Mattew 7:22, 23; qabbel Apokalissi 6:15-17.
14. Ġesù fuq liema bażi se jiġġudika lin-ngħaġ u l-mogħoż?
14 Il-ġudizzju taʼ Ġesù m’huwiex se jkun ibbażat fuq stqarrijiet iddisprati minn nies li kienu jmorru l-knisja, atei, jew oħrajn. (2 Tessalonkin 1:8) Minflok, l-imħallef se jirrevedi l-kundizzjoni tal-qalb u l-azzjonijiet tal-passat taʼ nies lejn saħansitra “wieħed minn dawn l-iżgħar [minn ħutu].” Nammettu, l-għadd taʼ Kristjani midlukin li baqaʼ fuq l-art qiegħed jonqos. Madankollu, dment li l-midlukin, li jifformaw “l-irsir leali u diskret,” ikomplu jipprovdu ikel spiritwali u direzzjoni, ngħaġ prospettivi għandhom opportunità li jagħmlu l-ġid lill-klassi taʼ l-irsir, sewwa sew bħalma għamlet il-‘kotra kbira minn kull ġens u tribù u poplu.’—Apokalissi 7:9, 14.
15. (a) Ħafna kif urew li huma bħal mogħoż? (b) Għala għandna nevitaw li nistqarru jekk xi ħadd huwiex nagħġa jew mogħża?
15 Ħut Kristu u l-miljuni taʼ ngħaġ oħrajn magħqudin magħhom bħala merħla waħda kif ġew ittrattati? Ħafna nies għandhom mnejn m’attakkawx personalment lir-rappreżentanti taʼ Kristu, imma lanqas ma ttrattaw lin-nies tiegħu b’imħabba. Billi jippreferu lid-dinja mill-agħar, uħud bħal mogħoż jirrifjutaw il-messaġġ tas-Saltna, kemm jekk jisimgħuh direttament jew indirettament. (1 Ġwann 2:15-17) M’għandniex xi ngħidu, fl-analiżi finali, Ġesù hu l-wieħed li hu maħtur biex jagħmel ħaqq. M’huwiex għalina li niddeterminaw min huma ngħaġ u min huma mogħoż.—Mark 2:8; Luqa 5:22; Ġwann 2:24, 25; Rumani 14:10-12; 1 Korintin 4:5.
Liema Futur Għal Kull Grupp?
16, 17. In-ngħaġ liema futur se jkollhom?
16 Ġesù ta l-ġudizzju tiegħu fuq in-ngħaġ: “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt
-