LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwhf artiklu 3
  • Kif tistaʼ turi l-affezzjoni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tistaʼ turi l-affezzjoni?
  • Għajnuna għall-Familja
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li għandek tkun taf
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • “Ħa Jkollkom Affezzjoni Tenera Lejn Xulxin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Kif Ikollok Żwieġ Ferħan: Uri Affezzjoni
    Għajnuna għall-Familja
  • Uri l-Affezzjoni Lejn il-Membri tal-Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kif tirnexxi fiż-​żwieġ Kristjan
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
Għajnuna għall-Familja
ijwhf artiklu 3
Raġel jgħannaq lil martu

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA

Kif tistaʼ turi l-affezzjoni?

Hekk kif jgħaddu s-snin, xi koppji miżżewġin jibdew juru inqas u inqas affezzjoni lejn xulxin. Jekk qed jiġri hekk fiż-żwieġ tiegħek, għandek għalfejn tinkwieta?

  • Dak li għandek tkun taf

  • Dak li tistaʼ tagħmel

Dak li għandek tkun taf

Żwieġ b’saħħtu għandu bżonn l-affezzjoni. Bħalma l-ikel u l-ilma li nieħdu b’mod regolari huma bżonjużi biex inżommu ġisimna b’saħħtu, hekk ukoll l-affezzjoni li tintwera b’mod regolari hija bżonjuża biex iż-żwieġ ikun protett u jissaħħaħ. Anki jekk il-koppja tkun ilha snin twal miżżewġa, ir-raġel u l-mara għandhom bżonn jaċċertaw lil xulxin mill-imħabba u l-interess li għandhom għal xulxin.

Imħabba vera mhix egoista. Din l-imħabba tipprova tagħmel lill-persuna l-oħra ferħana. B’hekk, wieħed ma jurix l-affezzjoni meta jixtieq hu biss, minflok, jekk għandu mħabba mhux egoista se jifhem il-bżonn li juri affezzjoni u jagħmel sforz biex juriha mal-persuna l-oħra fiż-żwieġ.

Ġeneralment, il-mara jkollha bżonn iktar affezzjoni mir-raġel tagħha. Għandu mnejn li raġel iħobbha ħafna lil martu. Imma jekk juri din l-imħabba fil-bidu u fl-aħħar tal-ġurnata biss jew qabel ma jkollhom x’jaqsmu sesswalment biss, il-mara forsi ma tħosshiex ċerta biżżejjed minn kemm żewġha jimpurtah minnha. Ikun ħafna aħjar jekk l-imħabba tintwera spiss matul il-ġurnata.

Dak li tistaʼ tagħmel

Uri l-affezzjoni bil-kliem. Espressjonijiet sempliċi bħal “Inħobbok” jew “M’hawnx bħalek” jistgħu jġiegħlu lill-persuna l-oħra tħossha apprezzata.

Prinċipju Bibliku: “Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.”—Mattew 12:34.

Suġġeriment: M’hemmx għalfejn turi l-affezzjoni bil-kliem biss. Tistaʼ anki tikteb xi nota, e-mail, jew messaġġ.

Uri l-affezzjoni bl-azzjonijiet. Biex turi li għandek l-affezzjoni meta tgħid “Inħobbok,” tistaʼ anki tgħannaqha, tbusha, jew iżżommilha jdejha. L-affezzjoni tistaʼ tintwera wkoll biż-żegħil, b’tegħmiża, jew b’xi rigal kultant. U xi ngħidu dwar li tgħin lill-mara b’xi affarijiet—forsi bħal li ġġorrilha l-basktijiet, tiftħilha l-bieb, taħsel il-platti, tagħmel xi ħasla ħwejjeġ, jew tipprepara xi ikla? Għal ħafna, dawn mhumiex għajnuna prattika biss, anzi huma affezzjoni li tintwera b’azzjoni!

Prinċipju Bibliku: Aħna “ma nħobbux bil-kliem u t-tpaċpiċ [biss], imma bl-għemil.”—1 Ġwanni 3:18, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

Suġġeriment: Ittratta lill-persuna l-oħra fiż-żwieġ b’qalb tajba bħal meta kontu għarajjes.

Agħmlu l-ħin għal xulxin. Il-fatt li tkunu waħedkom se jgħinkom biex issaħħu ż-żwieġ u biex turu li tieħdu pjaċir bil-kumpanija taʼ xulxin. Ovvjament, forsi hu diffiċli biex issibu ħin waħedkom jekk ikollkom it-tfal jew jekk ikollkom kwistjonijiet importanti x’titkellmu kuljum. Forsi tistgħu tippjanaw li tmorru timxu b’mod regolari—intom it-tnejn biss.

Prinċipju Bibliku: ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’—Filippin 1:10.

Suġġeriment: Xi koppji li jkollhom ħafna x’jagħmlu jippjanaw ħin biex joħorġu flimkien flgħaxijiet jew biex iqattgħu weekend flimkien bħala koppja.

Raġel u mara miżżewġin waqt ikla f’restorant

Kun af sew lill-mara jew ir-raġel tiegħek. Mhux kulħadd iħossu l-istess dwar kemm hemm bżonn li tintwera l-affezzjoni. Tkellmu flimkien dwar kif kull wieħed minnkom jippreferi li tintwerielu l-affezzjoni u jekk hemmx bżonn li tintwera iktar. Imbagħad, agħmel l-almu tiegħek biex tagħmel dan. Ftakar li biex ikollkom żwieġ b’saħħtu għandkom bżonn turu l-affezzjoni.

Prinċipju Bibliku: “L-imħabba . . . ma tfittixx l-interessi tagħha.”—1 Korintin 13:4, 5.

Suġġeriment: Minflok tgerger għax hu jew hi ma turikx biżżejjed affezzjoni, saqsi lilek innifsek, ‘X’nistaʼ nagħmel biex il-persuna l-oħra fiż-żwieġ ikollha iktar affezzjoni lejja?’

Douglas u Debra

“Maż-żmien, tgħallimt ma nibqax niffoka fuq dak li jkolli bżonn jew irrid jien. Minflok, bdejt napprezza iktar dak li r-raġel diġà kien qed jagħmel għall-familja. Imbagħad indunajt li iktar kemm nurih affezzjoni, hu iktar beda juri affezzjoni miegħi.”—Debra, mar-raġel tagħha, Douglas.

Aron u Flavia

“Aħna nipprovaw niftakru x’tixtieq il-persuna l-oħra. Pereżempju, ir-raġel jieħu pjaċir meta ngħidlu li napprezza l-affarijiet prattiċi li jagħmilli. Dan jurih li jimpurtani minnu. U jien nieħu pjaċir meta jsaqsini kif inħossni. Dan jurini li jimpurtah minni.”—Flavia, mar-raġel tagħha, Aron.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja