Għanja 77
“Jehovah Hu r-Ragħaj Tiegħi”
(Salm 23)
1. Jehovah Alla r-Ragħ’j tiegħi;
Minn xejn m’għandi nibżaʼ jien,
Għax Dak li l-merħla iħobbha tant
Ma jinsini f’ebda żmien.
Ħdejn l-ilmijiet imexxini,
Taʼ ruħi tant jieħu ħsieb;
Jiggwida t-triq għal ġieh ismu stess
Biex fejn hemm is-sew ninġieb.
Jiggwida t-triq għal ġieh ismu stess
Biex fejn hemm is-sew ninġieb.
2. Għalkemm minn wied mudlam nimxi
M’għandi minn xiex nibżaʼ xejn,
Għax ir-Ragħ’j tiegħi hu dejjem qrib,
Joqgħod attent b’seb’ għajnejn.
Fuq rasi b’żejt jiffriskani,
Il-kies tiegħi sew imlieh.
B’imħabbtu jien qed niġi segwit;
Fid-dar tiegħu jien mistrieħ.
B’imħabbtu jien qed niġi segwit;
Fid-dar tiegħu jien mistrieħ.
3. Taʼ għerf u mħabba r-Ragħ’j tiegħi!
B’għanjiet taʼ tifħir naqdih.
Tagħrif taʼ ferħ dwar kemm hu ħanin
Lil dawk bħal ngħaġ se nagħtih.
Insegwi ’l Kelmtu f’kull ħaġa
U nimxi fi triqtu sew.
Teżor glorjuż huwa li kuljum
Naqdih bla waqfien tassew.
Teżor glorjuż huwa li kuljum
Naqdih bla waqfien tassew.