Għanja 151
Din l-Aħbar Tajba tas-Saltna Nippridkaw
1. Nippridkaw l-aħbar tas-Saltna li Ġesù illum Sultan.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!
U fl-ippridkar tal-aħbar kulħadd qalbieni u ħerqan.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!
Nippridkaw l-aħbar tas-Saltna fit-triqat minn dar għal dar;
Nippridkaw l-aħbar tajba mad-dinja bl-istampar.
Nippridkaw b’sengħa, bi ħniena u b’kuraġġ lil kbar u żgħar.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!
2. Nippridkaw l-aħbar tal-festa li Jehovah żgur se jġib.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!
Li dalwaqt pranzu mill-isbaħ dak li ġwejjed żgur se jsib.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!
Nippridkaw l-aħbar tal-mejda b’inbid tajjeb u ferm bnin.
U li dawk bil-ġuħ b’ikel mill-aqwa mimlijin.
Nippridkaw li s-salvazzjoni se tagħmilna ferħanin.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!
3. Nippridkaw l-aħbar li s-Saltna ferħ minn issa qed iġġib.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!
Li kull qaddej taʼ Jehovah se jinħeles mit-tiġrib.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!
Nippridkaw li hemm għajnuna għal min sew jagħmel irid.
Nippridkaw li hemm sliem għal min jafda f’t’Alla l-id.
Nippridkaw li f’qadi ’l Alla hemm tassew il-ferħ u l-ġid.
L-aħbar tajba tas-Saltna nippridkaw!