Għanja 191
Għożż il-Verita
1. Tal-verità t-triq hija l-iktar għaqlija;
Żgur li aħjar minnha ma ssibx.
Għallimna Ġesù li nkunu ferriħija,
Li l-għoti ħlief hena ma jġibx.
Għożż il-verità.
Uri fidi w lealtà
Għax bil-mod taʼ kif taġixxi int
Turi kemm tgħożżha il-verità.
2. L-ewwel ’l Alla ġib u lil egħmilu faħħar
U b’hekk mad-dinja tibqax ħbieb;
Dawk li ma jemmnux mistagħġbin jibqgħu fl-aħħar
Li int timxi maʼ t’Alla l-ħsieb.
Għożż il-verità.
Triq id-dinja evit’ha.
Hekk kif lejn Jehovah toqrob int
Turi kemm tgħożżha il-verità.
3. Dejjem ix-Xitan bina jqarraq jipprova,
Imma ejjew sew nopponuh.
It-tarka tal-fidi jagħtina Jehovah
Biex b’hekk kull attakk żgur negħ’lbuh.
Għożż il-verità.
Ix-Xitan qarrieq b’viltà.
Bl-armatura t’Alla mlibbes int
Turi kemm tgħożżha il-verità.
4. Il-laħam hu dgħajjef u l-qalb iddisprata;
Nitħabtu qegħdin m’ħabba d-dnub.
Imma ibqaʼ ċert li għajnuna tingħata
Minn Alla li hu tant maħbub.
Għożż il-verità.
Imxi sewwa b’fedeltà.
Jekk lil ġismek tikkontrolla int
Turi kemm tgħożżha il-verità.