Għanja 133
Niżirgħu Żerriegħa tas-Saltna
1. L-irsiera flimkien taʼ Jehovah ejjew
Naqduh ilkoll dejjem mill-qalb.
Ej’ nagħmlu ix-xogħ’l billi qatt ma ngħejjew,
Nimxu pass pass miegħu bit-talb.
Il-verità t’Alla niżirgħu ilkoll
Fuq art illi taf tagħti l-frott.
Dan isir biss jekk sewwa nagħmlu ix-xogħ’l
U seh’m sħiħ kulħadd fl-għalqa irodd.
2. Kull meta waqgħet xi żerriegħa mat-triq
Tnaqqret minn taʼ Satana t-tajr;
Waqt li oħrajn fuq il-blat jaqgħu mas-sieq,
Jitbielu bis-sħana malajr;
L-inkwiet u ir-regħba joħonqu bħal xewk
Liż-żrieragħ qabel jinbtu sew.
Iżda xi żrieragħ x’aktarx illi jhennewk
Għax jaqgħu fuq art tajba tassew.
3. Kemm taqaʼ żerriegħa fuq art li taf trodd
Jiddependi minnek taʼ spiss.
Bis-sabar u mħabba żżomm ’l-għadu ’il bogħ’d
U l-persekuzzjoni ftit tmiss.
Jekk toqgħod attent ukoll taqlaʼ ix-xewk
Bil-ħlewwa u anki b’kuraġġ;
U b’hekk fil-ħsad hemm żgur issib jistennewk
Tletin jew anki mija fil-vjaġġ.