Għanja 6
Xandar l-Aħbar Tajba taʼ Dejjem
1. Madwar l-art kollha l-anġlu t’Alla dlonk itir
B’aħbar tajba dejjiema dwar dalwaqt x’se jsir.
Hu jgħid: ‘Tuh glorja w ibżgħu ilkoll mill-Ħallieq.
Qimu biss lil Jehovah w aqduh tul it-triq.
Għax issa ġie tal-biżaʼ jum il-ħaqq il-kbir.
Dalwaqt il-ħżiena żgur se jmutu bit-twerwir.’
Għalhekk inxandru l-aħbar tajba bla dewmien;
B’kuraġġ, bla biżaʼ, nxandru l-bxara kullimkien.
2. Imbagħ’d xi jgħid it-tieni anġlu x’jiġri hemm
Fejn taʼ Jehovah x-Xhieda kollha jieħdu seh’m?
Hu jgħid kif Babilonja l-Kbira taqaʼ tmur:
Li qerda mingħand Alla hemm għaliha żgur.
U b’hekk Jehovah jordna li nipproklamaw
Taʼ ismu il-vindikazzjoni naċċertaw.
Il-għalqa kbira u hemm ħafna xogħ’l sat-tmiem;
Biss l-anġlu t’Alla f’nofs is-sema fuq quddiem.
3. Mal-anġli “Bin il-bniedem” jid-her vittorjuż
Biex jibda xogħlu billi jagħmel ħaqq mill-ġnus.
Deni tagħmilx. Agħmel il-ġid, jekk inti smajt
Ibżaʼ minn Alla, obdi dejjem dak li jgħid.
L-obbligu tagħna fuqna mill-Mulej isir
Biex nippridkaw u dejjem nobdu lill-“Irsir.”
Bħala ministri nħeġġu aħna qalbenin:
“Ejjew qimu ’l Jehovah, naqduh ferħanin!”