Għanja 171
Għanja tar-Rebħa
1. ‘Għannu ’l Jehovah, Għax tassew li ħaqqu kull foħrija;
Liż-żiemel u r-rikkieb Hu għerriqhom fl-ilmijiet.
Il-qawwa tiegħi hu Jah Għax dejjem jaqbeż għalija.
Hu Alla l-kbir, Ħaqqu kull tifħiriet.
Taʼ Farawni l-karru w l-qawwiet militari Hu xeħithom fl-ilmijiet.
Bl-id tal-lemin, Jehovah, int turi Kemm int kbir fl-abbiltajiet.’
2. Hekk għannew Iżr’el. Jehovah kien t’hom rebħa sinjura.
U rebħiet għalina Nixhdu aħna f’dan iż-żmien.
Kristu Ġesù sar Sultan U d-dinja hi miexja lura.
Nifirħu ferm Għax qrib huwa l-ħelsien.
Id-dragun kbir Satana u l-anġli l-ħżiena Hawn lejn l-art ġew imwaddbin.
Il-Ħaruf t’Alla riekeb lejn rebħa; Bit-tagħlim aħna mdawlin.
3. Faħħru ’l Jehovah. Taʼ Alla huma l-qawwa u l-glorja.
Saltnatu hi lesta, Teqred hija mhix se ddum.
Leħinna ngħollu f’tifħir U ħajr niżżu għall-vittorja.
Aħna henjin Li qed ngħixu illum.
Lis-Sovran Jehovah u ’l Messija tiegħu Ngħidu grazzi bla waqfien.
Mingħandhom biss tiġi s-salvazzjoni, B’rebħa ngħannu lkoll flimkien.