Għanja 18
Bierek ’l Aħwa Lkoll Henjin
1. Bis-sabar u l-ħniena
Dejjem għallem Ġesù.
Ħabb ferm lid-dixxipli
U lilhom ħeles hu.
Hu dejjem ħabb lill-aħwa lkoll,
Ħadem għall-verità.
Mudell hu kbir tal-umiltà,
Fis-sliem u l-fedeltà.
(Kor)
2. Henjin il-Kristjani
Li ’l Alla jobdu żgur.
Imbierek il-ġwejjed
Li fejn hemm l-aħwa jmur.
Dixxipli taʼ Kristu Ġesù,
Bejniethom ebda frid,
Ixandru tas-Saltna l-aħbar
W lill-aħwa jagħmlu l-ġid.
(Kor)
3. Ejja lkoll inxandru
L-aħbar lil min irid.
Ngħinuhom jitgħallmu
Li Alla huwa s-Sid.
Ngħinuhom biex ’l Alla jfittxuh,
Waqt li jistaʼ jinstab,
Jissieħbu mal-aħwa henjin;
Magħhom jidħlu bi sħab.
(KOR)
Infaħħruk Jehovah
Għax int tassew ħanin.
O Jehovah, Missier tagħna,
Bierek lill-aħwa lkoll henjin.