Għanja 123
Nimxu ’l quddiem!
1. Nimxu lkoll ’il quddiem lejn maturità!
Hija r-rieda taʼ Alla li niksbu abbiltà.
Nippridkaw aħjar dwar t’Alla l-verità,
Imbagħ’d lil xogħ’lna jbierek żgur.
Fis-servizz hemm dejjem post għal kulħadd.
Għamlu Ġesù dan ix-xogħ’l bħala fatt.
Itlob ’l Alla biex jgħinek ma taqaʼ qatt.
Bit-tjieba ’l Alla ntuh unur.
2. Nimxu lkoll ’il quddiem, b’kuraġġ nippridkaw,
Aħbar tajba taʼ dejjem ngħinu lin-nies jaraw!
Tifħir kbir lil Jehovah b’ferħ inkantaw
Waqt li nxandru minn dar għal dar.
Għalkemm l-egħdewwa jbeżżgħuk jipprovaw,
Int la tibżax; għin lin-nies jittamaw
F’dik is-Saltna taʼ Alla li qiegħda haw’.
Inkomplu ngħidu din l-aħbar.
3. Nimxu lkoll ’il quddiem dejjem b’żelu kbir
U intejbu ħilitna għax hemm ferm xogħ’l xi jsir!
Spirtu t’Alla qaddis iqanqal l-aġir
U nsiru nafu ferħ divin.
Inħobbu ’l aħwa għax hekk Alla jrid;
Magħhom niltaqgħu u naħdmu id f’id,
U ngħinu lil kulħadd biex fix-xogħ’l iżid
Biex flimkien niddu lkoll henjin.