Għanja 118
Nappoġġjaw lil Dar Alla
1. Aħna taʼ dar Alla ma ninsew qatt
Li hu għandu post fejn jilqaʼ ’l kulħadd,
Dar li fiha ismu hu onorat,
Post li għalih kulħadd għandu jkun grat.
Bħalma Neħemija ħa ħsieb bil-qalb
Biex qima jġib hu ’l Jah f’dik “dar it-talb,”
Aħna wkoll ġieh nagħtu bil-“għexur” tagħna,
B’hekk nuru li nħobbuh ilkoll minn qalbna.
(Kor)
2. Tal-familja t’Alla llum magħqudin,
Miġburin hawn f’daru lkoll ferħanin.
L-“irsir fidil” tiegħu jitmagħhom sew
U għalhekk fis-sliem qatt ma se jgħejjew.
Inġibu f’dar Alla l-ġid taʼ valur,
Bl-“ewwel frottiet” tagħna nagħtuh unur.
Hu jbierek lil daru b’mod tant mill-isbaħ
Biex b’hekk Lilu naqdu bilferħ kuljum sħaħ.
(KOR)
F’dar Alla rridu nagħmlu x-xogħ’l.
“Ej’ qimu hawn,” inħeġġu lkoll.
Bħala familja magħqudin;
Hu jgħammar magħna ilkoll henjin.