LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Il-Kristjanità tal-Bidu u l-Istat
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Mejju 1
    • definizzjoni eżatta taʼ dak li huwa taʼ Ċesri u dak li huwa t’Alla, hemm xi każi diskutibbli li jridu jiġu deċiżi skond il-​kuntest jew skond il-​fehma tagħna tal-​Bibbja kollha kemm hi. Fi kliem ieħor, li Kristjan jiddeċiedi liema affarijiet jistaʼ jagħti lil Ċesri xi drabi jkun jinvolvi l-​kuxjenza tal-​Kristjan, skond kif tkun illuminata minn prinċipji Bibliċi.

      Bilanċ Bir-​Reqqa Bejn Żewġ Awtoritajiet F’Kompetizzjoni

      Ħafna nies għandhom it-​tendenza li jinsew li wara li stqarr li l-​affarijiet taʼ Ċesri għandhom jingħataw lura lilu, Ġesù żied: “U lil Alla [agħtuh] dak li hu taʼ Alla.” L-​appostlu Pietru wera fejn qiegħda l-​prijorità għall-​Kristjani. Immedjatament wara li rrikmanda parir dwar sottomissjoni lejn is-​“sultan,” jew l-​imperatur, u l-​“gvernaturi” tiegħu, Pietru kiteb: “Għixu bħala nies ħielsa, mhux li tinqdew bil-​ħelsien tagħkom biex bħallikieku tgħattu l-​ħażen, imma bħala qaddejja taʼ Alla. Agħtu ġieh lil kulħadd. Ħobbu lil l-​aħwa, qimu lil Alla, weġġhu lis-​sultan.” (1 Pietru 2:16, 17) L-​appostlu wera li l-​Kristjani huma rsiera t’Alla, mhux taʼ ħakkiem uman. Waqt li għandhom juru unur u rispett xierqa għar-​rappreżentanti taʼ l-​Istat, huma għandhom jagħmlu hekk fil-biżaʼ t’Alla, li l-​liġijiet tiegħu huma supremi.

      Snin qabel Pietru ma kien ħalla l-​ebda dubju dwar il-​preeminenza tal-​liġi t’Alla fuq dik tal-​bniedem. Is-​Sinedriju Lhudi kien ġemgħa amministrattiva li r-​Rumani kienu tawh awtorità kemm ċivili kif ukoll reliġjuża. Meta dan ordna lis-​segwaċi taʼ Ġesù biex jieqfu jgħallmu f’isem Kristu, Pietru u l-​appostli l-​oħrajn wieġbu bir-​rispett kollu imma b’mod sod: “Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli ’il-bnedmin.” (Atti 5:29) B’mod ċar, il-​Kristjani bikrin kellhom iżommu bilanċ bir-​reqqa bejn ubbidjenza lejn Alla u sottomissjoni xierqa lejn l-​awtoritajiet umani. Tertuljanu poġġieha b’dan il-​mod kmieni fit-​tielet seklu E.K.: “Jekk kollox huwa taʼ Ċesari, x’se jibqaʼ għal Alla?”

      Kompromess Maʼ L-​Istat

      Hekk kif għadda ż-​żmien, il-​pożizzjoni adottata mill-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu f’relazzjoni maʼ l-​Istat bil-​mod il-​mod iddgħajfet. L-​apostasija mbassra minn Ġesù u l-​appostli ffjorixxiet fit-​tieni u t-​tielet sekli E.K. (Mattew 13:37, 38; Atti 20:29, 30; 2 Tessalonkin 2:3-12; 2 Pietru 2:1-3) Il-​Kristjanità apostata għamlet kompromessi mad-​dinja Rumana, adottat il-​festi pagani tagħha u l-​filosofija tagħha u aċċettat mhux biss servizz ċivili imma wkoll servizz militari.

      Il-professur Troeltsch kiteb: “Mit-​tielet seklu ’l hawn is-​sitwazzjoni saret iktar diffiċli, għax il-​Kristjani saru iktar numerużi fil-​pożizzjonijiet għoljin tas-​Soċjetà u fil-​professjonijiet iktar eminenti, fl-​armata u fi sferi uffiċċjali. F’diversi passaġġi mill-​kitbiet Kristjani [mhux Bibliċi] hemm protesti b’rabja kontra l-​parteċipazzjoni f’dawn l-​affarijiet; mill-​banda l-​oħra, insibu wkoll attentati taʼ kompromess​—argumenti mfasslin biex jikkwitaw it-​tingiż tal-​kuxjenzi . . . Minn żmien Kostantinu dawn id-​diffikultajiet sparixxew; in-​nuqqas taʼ qbil bejn il-​Kristjani u l-​pagani waqaf, u l-​inkarigi kollha saru disponibbli.”

      Lejn it-​tmiem tar-​rabaʼ seklu E.K., din il-​forma mħallta u kompromettenti taʼ Kristjanità saret ir-​reliġjon Statali taʼ l-​Imperu Ruman.

      Matul l-​istorja tiegħu, il-​Kristjaneżmu—irrappreżentat mill-​Knejjes Kattoliċi, Ortodossi, u Protestanti—​kompla jagħmel kompromessi maʼ l-​Istat, billi jsir iktar involut fil-​fond fil-​politika tiegħu u billi jappoġġjah fil-​gwerer tiegħu. Bosta membri sinċieri tal-​knejjes li baqgħu xxokkjati b’dan bla dubju se jieħdu gost ikunu jafu li hemm Kristjani llum li jżommu l-​pożizzjoni tal-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu fir-​relazzjoni tagħhom maʼ l-​Istat. Iż-​żewġ artikli li jmiss se jiddiskutu l-​kwistjoni iktar fid-​dettall. (w96 5/1)

  • Alla u Ċesri
    It-Torri tal-Għassa—1996 | Mejju 1
    • Alla u Ċesri

      “Mela agħtu lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, u lil Alla dak li hu taʼ Alla.”—LUQA 20:25.

      1. (a) Liema hi l-​pożizzjoni elevata taʼ Jehovah? (b) X’aħna obbligati li nagħtu lil Jehovah li qatt ma nistgħu nagħtu lil Ċesri?

      META Ġesù Kristu ta dik l-​istruzzjoni, ma kellu ebda dubju f’moħħu li dak li jesiġi Alla mill-​qaddejja Tiegħu jieħu preċedenza fuq kwalunkwe ħaġa li Ċesri, jew l-​Istat, jistaʼ jirrikjedi minnhom. Ġesù kien jaf iktar minn kwalunkwe bniedem ieħor il-​verità tat-​talba tas-​salmista lil Jehovah: “Saltnatek hi saltna għaż-​żminijiet kollha, minn nisel għal nisel il-​ħakma [sovranità]a tiegħek.” (Salm 145:13) Meta x-​Xitan offra lil Ġesù awtorità fuq is-​saltniet kollha taʼ l-​art abitata, Ġesù wieġeb: “Hemm miktub, ‘Lill-​Mulej Alla tiegħek tagħti qima, u lilu biss taqdi.’” (Luqa 4:5-8) Il-​qima qatt ma kellha tingħata lil “Ċesari,” kemm jekk Ċesri hu l-​imperatur Ruman, xi mexxej uman ieħor, jew l-​Istat innifsu.

      2. (a) Liema hi l-​pożizzjoni taʼ Satana f’relazzjoni maʼ din id-​dinja? (b) Satana bil-​permess taʼ min jokkupa l-​pożizzjoni tiegħu?

      2 Ġesù ma ċaħadx li s-​saltniet tad-​dinja kienu jappartjenu lil Satana. Iktar tard, hu sejjaħ lil Satana “l-​prinċep taʼ din id-​dinja.” (Ġwann 12:31; 16:11) Lejn it-​tmiem taʼ l-​ewwel seklu E.K., l-​appostlu Ġwanni kiteb: “Nafu li aħna ġejjin minn Alla u li d-​dinja kollha qiegħda taħt idejn il-​ħażin.” (1 Ġwann 5:19) Dan ma jfissirx li Jehovah ċeda s-​sovranità tiegħu fuq l-​art. Ftakar li Satana, meta offra lil Ġesù ħakma fuq is-​saltniet politiċi, stqarr: “Nagħtik is-​setgħa fuq dawn kollha . . . għax hija ngħatat lili.” (Luqa 4:6) Satana jeżerċita awtorità fuq is-​saltniet tad-​dinja biss bil-​permess t’Alla.

      3. (a) Il-​gvernijiet tal​-ġnus liema pożizzjoni għandhom quddiem Jehovah? (b) Kif nistgħu ngħidu li sottomissjoni lejn il-​gvernijiet taʼ din id-​dinja ma tfissirx li nissottomettu lilna nfusna lil Satana, l-​alla taʼ din id-​dinja?

      3 B’mod simili, l-​Istat jeżerċita l-​awtorità tiegħu biss għaliex Alla bħala l-​Ħakkiem Sovran jippermettilu li jagħmel dan. (Ġwann 19:11) B’hekk, “l-​awtoritajiet li hemm” jistaʼ jintqal li “qegħdin hemm bl-​ordni taʼ Alla.” F’relazzjoni maʼ l-​awtorità sovrana u suprema taʼ Jehovah, tagħhom hija awtorità bil-​wisq inqas. Madankollu, huma “l-​ministri taʼ Alla,” “uffiċjali taʼ Alla,” minħabba l-​fatt li jipprovdu servizzi neċessarji, iżommu l-​liġi u l-​ordni, u jikkastigaw lil min jagħmel il-​ħażin. (Rumani 13:1, 4, 6) Għalhekk il-​Kristjani jridu jifhmu li sempliċement għaliex Satana huwa l-​mexxej inviżibbli taʼ din id-​dinja, jew sistema, m’humiex qegħdin jissottomettu lilhom infushom lejh meta jirrikonoxxu s-​sottomissjoni relattiva tagħhom lejn l-​Istat. Huma qegħdin jobdu lil Alla. F’din is-​sena, 1996, l-​Istat politiku għadu parti mill-​“ordni mwaqqaf minn Alla,” arranġament temporanju li Alla jippermetti li jeżisti, u għandu jiġi rrikonoxxut bħala tali mill-​qaddejja taʼ Jehovah fuq l-​art.—Rumani 13:2.

      Il-​Qaddejja Tal-​Qedem Taʼ Jehovah u L-​Istat

      4. Jehovah għala ppermetta lil Ġużeppi jsir prominenti fil-​gvern taʼ l-​Eġittu?

      4 Fi żminijiet taʼ qabel il-​Kristjanità, Jehovah ippermetta lil xi wħud mill-​qaddejja tiegħu li jokkupaw pożizzjonijiet prominenti fi gvernijiet taʼ l-​Istat. Per eżempju, fit-​18-il seklu Q.E.K., Ġużeppi sar prim ministru taʼ l-​Eġittu, kariga ssuperata biss minn dik tal-​Farawni renjanti. (Ġenesi 41:39-43) Ġrajjiet sussegwenti għamluha evidenti li Jehovah kien immanuvra dan sabiex Ġużeppi setaʼ jaqdi bħala strument f’li jippreserva liż-​‘żerriegħa t’Abraham,’ id-​dixxendenti tiegħu, għat-​twettiq taʼ l-​iskopijiet Tiegħu. M’għandniex xi ngħidu, għandna niftakru li Ġużeppi kien mibjugħ fil-​jasar fl-​Eġittu, u kien jgħix fi żmien meta l-​qaddejja t’Alla la kellhom il-​Liġi Mosajka u lanqas “[i]l-liġi taʼ Kristu.”—Ġenesi 15:5-7, NW; 50:19-21; Galatin 6:2.

      5. Eżiljati Lhud għala kienu kkmandati ‘jfittxu l-​paċi’ taʼ Babilonja?

      5 Sekli wara, il-​profeta leali Ġeremija kien ispirat minn Jehovah biex jgħid lill-​eżiljati Lhud biex jissottomettu ruħhom lejn il-​ħakkiema meta jkunu fl-​eżilju f’Babilonja u saħansitra biex jitolbu għall-​paċi taʼ dik il-​belt. Fl-​ittra tiegħu lilhom, kiteb: “Dan igħid il-​Mulej taʼ l-​eżerċti, Alla taʼ Israel, lill-​itturrufnati . . . ‘Fittxu l-​ġid tal-​pajjiż li itturrufnajtkom fih, u itolbu lill-​Mulej għalih, għax il-​ġid tiegħu jkun il-​ġid tagħkom.’” (Ġeremija 29:4, 7) F’kull żmien in-​nies taʼ Jehovah għandhom raġuni biex ‘ifittxu s-​sliem’ għalihom infushom u n-​nazzjon fejn jgħixu, sabiex ikollhom il-​libertà li jqimu lil Jehovah.—1 Pietru 3:11.

      6. Għalkemm mogħtijin karigi governattivi għoljin, Danjel u t-​tliet sħabu b’liema modi rrifjutaw li jagħmlu kompromess rigward il-​Liġi taʼ Jehovah?

      6 Matul l-​eżilju Babilonjan, Danjel u tliet Lhud leali oħrajn li kienu priġunieri fil-​jasar taħt Babilonja ssottomettew ruħhom għal taħriġ mill-​Istat u saru uffiċjali għoljin f’Babilonja. (Danjel 1:3-7; 2:48, 49) Madankollu, saħansitra matul it-​taħriġ tagħhom, huma ħadu waqfa soda fuq kwistjonijiet taʼ ikel li setgħu wassluhom biex jiksru l-​Liġi li Alla tagħhom, Jehovah, kien ipprovda permezz taʼ Mosè. Għal dan ġew imberkin. (Danjel 1:8-17) Meta s-​Sultan Nebukadneżżar waqqaf xbiha taʼ l-​Istat, it-​tlett iħbieb Ebrej taʼ Danjel apparentement ġew imġegħlin jattendu għaċ-​ċerimonja maʼ sħabhom, l-​amministraturi taʼ l-​Istat. Minkejja dan, huma rrifjutaw li ‘jinxteħtu fl-​art u jagħtu qima’ lill-​idolu taʼ l-​Istat. Għal darb’oħra, Jehovah ippremja l-​integrità tagħhom. (Danjel 3:1-6, 13-28) B’mod simili llum, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jirrispettaw il-​bandiera tan-​nazzjon li jgħixu fih, imma m’humiex se jagħmlu att taʼ qima lejha.—Eżodu 20:4, 5; 1 Ġwann 5:21.

      7. (a) Danjel liema waqfa mill-​aħjar ħa, minkejja li kellu kariga elevata fl-​istruttura governattiva taʼ Babilonja? (b) Liema bidliet seħħew fi żminijiet Kristjani?

      7 Wara l-​waqgħa tad-​dinastija Neo-Babilonjana, Danjel ngħata kariga governattiva għolja taħt ir-​reġim il-​ġdid Medo-Persjan li kien ħadilha postha f’Babilonja. (Danjel 5:30; 6:1-4 [Danjel 5:30, 31; 6:1-3, NW]) Imma hu ma ħalliex il-​kariga għolja tiegħu twasslu biex jagħmel kompromess fl-​integrità tiegħu. Meta liġi taʼ l-​Istat kienet tesiġi li hu jqim lis-​Sultan Darju minflok lil Jehovah, hu rrifjuta. Minħabba f’dan ġie mitfugħ lill-​iljuni, imma Jehovah ħelsu. (Danjel 6:5-25 [Danjel6:4-24, NW]) M’għandniex xi ngħidu, dan kien fi żminijiet taʼ qabel il-​Kristjanità. Meta ġiet stabbilita l-​kongregazzjoni Kristjana, il-​qaddejja t’Alla ġew ‘taħt il-​liġi taʼ Kristu.’ Ħafna affarijiet li kienu permessi

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja