Għanja 180
Il-Ktieb t’Alla Stess—Teżor
1. Hemm Ktieb illi, bil-ħafna paġni tiegħu,
Jġib paċi, ferħ u tama lill-bnedmin.
Fih ħsibijiet tal-għaġeb kollhom qawwa;
Jagħti l-ħajja ’l ‘mejtin,’ dawl lill-‘għamjin.’
Dal-Ktieb prezzjuż hu t’Alla l-Bibbja Mqaddsa.
Inkiteb ilu minn nies imnebbħin,
Minn irġiel li ħabbew veru ’l Jehovah
U ġew bl-ispirtu tiegħu imqanqlin.
2. Kitbu rakkont veru tal-ħolqien t’Alla,
Dwar kif b’setagħtu nħoloq l-univers.
Jgħidu wkoll dwar kif kien perfett il-bniedem
U dwar kif kollox imbagħ’d mar avvers.
Jirrakkontaw ukoll dwar ċertu anġlu
Li sfida lil Jehovah is-Sovran
U b’hekk daħal id-dnub b’niket għall-bniedem;
Biss d’aqt jirbaħ Jehovah lix-Xitan.
3. Illum ngħixu fi żmien taʼ ferħ kbir ħafna.
Is-Saltna twieldet bi Kristu Ġesù.
Dan hu l-jum biex Jehovah isalvana
U mid-dnub sejjer lilna jeħles hu.
Ġewwa dal-Ktieb insibu bxajjar tajba;
Lanqas biss ma jitqabbel maʼ deh’b fin.
Tama mill-isbaħ joffri ’l-bnedmin kollha;
Fih l-aqwa stejjer li qatt miktubin.