Għanja 128
Agħmlu Iktar—Bħalma Għamlu n-Nażiriti
1. Nażiriti— Nistgħu nixbhuhom?
Naġixxu bħalhom illum?
Magħżulin, lkoll jaqdu ’l Jehovah
B’mod uniku taʼ kuljum.
Analizza! Naħsbu sew dwarha.
Qegħdin issa ferm qrib it-tmiem.
Nistgħux nagħtu servizz akbar,
Dejjem f’xogħ’l fuq quddiem?
2. Nażiriti— Sempliċi għexu,
Jiċċaħħdu dejjem bil-kbir.
Qrib taʼ Alla dan żgur li ġabhom.
Għandn’ aħna wkoll l-istess tir?
Aċċettaw kemm-il restrizzjoni;
Taʼ wegħdithom dan kien is-seh’m.
Bosta minn ħutna l-Kristjani
Hekk jgħixu, b’moħħhom hemm.
3. Nażiriti— Ferm differenti;
Fuq moħħhom kellhom sinjal.
Għamlu iktar għax sottomessi,
Jobdu dak li Alla qal.
Mela llum bħal t’Alla l-ħaddiema
L-fidi nuru b’mod sottomess;
Hekk Jehovah jbierek lilna
U jqawwi ’l qlubna stess.
4. Nażiriti— Tawna eżempju.
Bi qdusija ħadu ħsieb.
Nodfa, hekk, ejja nkunu bħalhom
Biex t’Alla inkunu ħbieb.
Għodd in-nefqa, afda f’Jehovah;
Huwa jsostni lil niesu sew.
Billi nagħmlu iktar issa
Għal dejjem nithennew.