Għanja 129
Issa l-Ħin!
1. Issa l-ħin biex nippridkaw,
Biex il-verità jaraw;
Kelmet Alla jaċċettaw
Biex fis-Saltna t’Alla jittamaw.
Inwissu qabel ma l-ħin isir,
Biex kulħadd minn Babilonja jtir
U jingħaqdu magħna fix-xandir;
Għal dar Alla juru żelu kbir.
Issa l-ħin biex nuru żelu kbir.
2. Issa l-ħin li nuru ċar
Imħabbitna bl-ippridkar;
Ngħinu ’l ħutna kbar u żgħar
Biex flimkien inxandru lkoll l-aħbar.
Naqdu ’l Alla rridu lkoll flimkien,
Speċjalment hekk kif qorob iż-żmien;
Ngħinu n-nies jitgħallmu bla dewmien
Billi jieħdu tal-Bibbja l-għarfien.
Issa l-ħin li nieħdu dan l-għarfien.
3. Dalwaqt jiġi tiġrib kbir
Biex ir-rebħa t’Alla ssir
U jintemm kollu t-taħsir
Biex Jehovah jieħu kull tifħir.
Għad irridu nilqgħu lill-mejtin
Biex b’Ġesù flim-kien nibqgħu ħajjin;
Qatt iktar mill-ħażen imdawrin
Jekk maʼ Alla nibqgħu magħqudin.
Issa l-ħin li nibqgħu magħqudin.