Għanja 223
Dawk Leali Tiegħek Se Jberkuk
1. Dawk li leali iberkuk,
Jehovah is-Sultan.
Dwar xogħlijietek kbar u sbieħ
Ixandru b’kant ferħan.
Tant fl-għoli u glorjuż,
Tagħna ħaqqek it-tifħir;
Profond tiegħek il-ħsieb
U int setgħani f’kull aġir.
Dawk li leali ikantaw;
Minn qlubhom ifaħħruk,
Mal-bnedmin kollha jannunzjawk
U b’ruħhom iberkuk.
2. Ġenerazzjoni int għażilt
Biex tagħtik tant tifħir;
Nisel bħal dan jeżisti llum
Jagħti kas il-parir.
B’dil-klassi tal-irsir
In-“ngħaġ oħra” mżoqqijin
Fid-dinja tul it-triq
Minn Ġesù, r-Ragħ’j immexxijin.
Dawk li leali ixandruk,
Lil ismek isemmuh
Entużjażmati fix-xandir,
Ix-xogħ’l tiegħek jagħmluh.
3. Jehovah int tħobb lill-bnedmin,
Dwar dan m’hemm dubju xejn.
Permezz tal-mewt t’Ibnek Ġesù
Int ħallast tagħna d-dejn.
Bil-mod biex tagħdab int,
Għal tjubitek ferm magħruf.
Kemm aħna grati lejk,
Li ’l Ibnek bgħatt bħala l-Ħaruf.
Terfagħna int meta mwaqqgħin,
Tissodisfalna r-ruħ.
Għal dan ilkoll b’ferħ inberkuk
U ’l ismek infaħħruh.