Għanja 75
Tifħir Ferrieħi lil Jehovah
1. B’xofftejn t’għajjat taʼ ferħ ejjew
Tifħir ngħannulu ferrieħa,
Għaliex Jehovah jagħti sew
Kull ħaġa tajba w sabiħa.
Bi qlub henjin nagħtuh tifħir
Billi lkoll nerfgħu leħinna
Biex nirringrazzjawh U wkoll nadurawh
U tifħir kbir isir minna.
2. B’imħabba kbira ’l Ibnu ta
Biex ikun jistaʼ jsalvana.
Infaħħru ’l ismu f’unità
Għax b’talbna dejjem jismagħna.
Sħubija miegħu ngħożżu ferm
Bħala xi ħaġa prezzjuża.
Imħabba nuruh U qima nagħtuh
Għax lejna tant ħniena juża.
3. Qawwa u glorja fih naraw,
Nitgħaxxqu bil-gwida tiegħu!
Bil-ferħ Lilu biss naduraw
Billi id f’id nimxu miegħu;
U taħt id-dell frisk taʼ ġwinħajh
Insibu tant protezzjoni!
Minn qalbna nkantaw Għaliex napprezzaw;
Nagħtuh mill-qalb l-affezzjoni.