Għanja 209
Segwi lis-Sultan Gwerrier!
1. Inkantaw għanja lkoll lil Jehovah llum;
Għandna din l-għanja dwar ħakma w glorja.
Għandna messaġġ tant ċar biex ngħidu ’l kulħadd,
Nirrakkontaw kullimkien l-istorja.
(Kor)
2. Gwerriera t’Alla qumu, segwu ’l-Kaptan,
Mal-ġens ġdid t’Alla idħlu fl-azzjoni.
B’tal-fidi t-tarka u tal-ispirtu s-sejf,
Ilbsu wkoll l-elmu tas-salvazzjoni.
(Kor)
3. Le, mhux b’ħilitna sejrin nikkonkwistaw;
Mhux b’tagħna s-saħħa niksbu vittorja.
Imma bil-qawwa t’Alla se nirbħu żgur,
Nagħtu lil isem Jehovah glorja.
(KOR)
’Il quddiem! (Sat-tmiem!)
B’kuraġġ dejjiem! (Naħdmu għas-sliem!)
Bħal armata ’il quddiem
Kontra l-għadu fl-aħħar jiem.
Wara s-Sultan Gwerrier ilkoll magħqudin;
Miegħu inkunu rebbiħin!