Għanja 26
Nilħqu l-Ħtiġijiet t’Alla
1. Nimxu maʼ Alla b’fedeltà
U nżommu lkoll l-integrità.
Minn dar għal dar b’ferħ nippridkaw,
Isem Jehovah nannunzjaw.
Faraġ nagħtuh lill-imnikktin
U ngħinu lil min hu miskin;
B’marka fuq ġbin kulmin irid
Iqis lil Alla bħala s-Sid.
2. Jekk tagħna l-għajn sempliċi tkun
Żgur nagħmlu s-sewwa bir-raġun.
Fuq kollox jekk ngħassu il-qalb
Tagħna Alla se jismaʼ t-talb.
Jekk lesti dejjem nippridkaw
L-aħbar bosta se jisimgħu.
Jekk nimxu sewwa w kif imiss
Ikollna ferħ u hena biss.
3. Inħobbu ’l aħwa ferm ilkoll
U ngħinu spiss lill-proxxmu wkoll.
Ngħixu fil-paċi w fl-unità
Biex naqdu ’l Alla b’fedeltà.
Ferm ilkoll aħna napprezzaw
U l-ministeru naċċettaw.
Inżommu ’l bogħ’d mill-ħtija wkoll
Waqt li nfaħħru ’l Jehovah lkoll.