LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/97 p. 1
  • Kull Xorta Taʼ Nies Se Jiġu Salvati

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kull Xorta Taʼ Nies Se Jiġu Salvati
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 1/97 p. 1

Kull Xorta Taʼ Nies Se Jiġu Salvati

1 Jehovah irid “li kull xorta taʼ bnedmin għandhom jiġu salvati u jiġu għal għarfien eżatt tal-​verità.” (1 Tim. 2:4) Għalkemm in-​nies huma sa ċertu punt influwenzati mill-​eredità, mill-​isfond taʼ ħajjithom, u mill-​ambjent taʼ madwarhom, huma għandhom ir-​rieda ħielsa u jistgħu jagħżlu individwalment kif se jużaw ħajjithom. Jistgħu jagħmlu dak li hu tajjeb u jgħixu, jew jistgħu jagħmlu dak li hu ħażin u jispiċċaw. (Matt. 7:​13, 14) Din il-​fehma kif teffettwa l-​ħarsa tagħna lejn in-​nies li mmorru għandhom bl-​aħbar tajba tas-​Saltna?

2 M’għandniex naqtgħuha li l-​interess taʼ persuna fil-​verità jiġi deċiż minn fatturi bħall-​isfond nazzjonali jew kulturali jew mill-​pożizzjoni soċjali. Il-​verità tistaʼ tappella lil dawk kemm b’edukazzjoni limitata u kemm b’edukazzjoni avanzata, lil dawk involuti f’attivitajiet politiċi, u lil professjonisti, atei, agnostiċi, u saħansitra lil uħud magħrufin għall-​ħażen li jagħmlu. Nies minn kull ambjent taʼ trobbija u livell soċjali biddlu l-​korsa taʼ kondotta li kellhom qabel u qegħdin issa f’pożizzjoni li jirċievu l-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. (Prov. 11:19) Għalhekk, m’għandniex naħsbuha biex navviċinaw lil nies minn kull livell tal-​ħajja bil-​messaġġ tas-​Saltna.

3 Ikkunsidra Dawn L-​Eżempji: Wieħed raġel kien ippjana li joqtol lil missieru tar-​rispett imma m’għamilx hekk. Wara ddeċieda li joqtol ruħu b’idejh imma ma rnexxilux. Wara li ġie mitfugħ il-​ħabs fuq serq u traffikar taʼ drogi, iż-​żwieġ tiegħu falla. Illum dan il-​bniedem qiegħed jaqlaʼ x’jiekol bl-​onestà u qiegħed igawdi żwieġ hieni kif ukoll relazzjoni mill-​aħjar maʼ missieru tar-​rispett. X’inhu li għamel id-​differenza? Hu studja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah u applika dak li tgħallem. Jehovah ma qisux bħala li kien mitluf għalkollox.

4 Il-​fama li kellha waħda mara żagħżugħa bħala attriċi tat-​TV ma ġabitilhiex hena. Imma peress li kienet impressjonata bil-​kondotta morali mill-​aħjar tax-​Xhieda, hi aċċettat studju tal-​Bibbja, u malajr bdiet tgħin lil oħrajn biex isiru jafu dwar l-​aħbar tajba tas-​Saltna. In-​nies kienu jagħrfuha kulfejn kienet tmur fil-​ministeru minn dar għal dar, imma hi kienet bil-​ferħa tispjega li riedet tkun magħrufa bħala waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah minflok bħala ­attriċi.

5 Meta waħda oħt irranġat għal studju tal-​Bibbja maʼ waħda li kienet abbonata fit-​Torri Taʼ L-​Għassa, waħda mill-​ġirien semgħet dwar dan u marret għall-​istudju. Il-​ġâra mill-​ewwel irrealizzat li din kienet il-​verità li kienet ilha tfittex! Hi u r-​raġel tagħha ħassru digriet għal divorzju li kienu ġew mogħtijin u għamlu paċi. Hi kienet involuta sew ­fl-astroloġija u kienet tagħmel parti minn kult spiritistiku, imma bla ma qagħdet taħsibha rmiet kotba li jiswew il-​flus u kull ħaġa li ppossediet li kellha x’taqsam mad-​demoniżmu. Din malajr bdiet tattendi l-​laqgħat u titkellem mal-​qraba u l-​ħbieb dwar il-​fidi ġdida li sabet. Issa hi tagħti xiehda b’entużjażmu lil oħrajn.

6 M’għandniex niġġudikaw minn qabel lil xi ħadd. Minflok, ejjew naqsmu l-​aħbar tajba biż-​żelu man-​nies kullimkien. Għandna kull raġuni nkunu fiduċjużi li Jehovah, li “jara x’inhi l-​qalb,” se jsir is-​“Salvatur taʼ kull xorta taʼ bnedmin.”​—1 Sam. 16:7; 1 Tim. 4:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja