Għanja 47
Jehovah, is-Saħħa Tagħna u s-Setgħa Tagħna
1. Maħbub Jehovah, int qawwi u kbir;
Int Salvatur u bik nieħdu pjaċir.
Aħna ix-Xhieda inġorru l-aħbar
Lill-bnedmin kullimkien minn dar għal dar.
(Kor)
2. Permezz taʼ Kristu nfittxu ferħ u sliem,
Naraw is-sewwa jiżdied ’il quddiem.
Mill-Iskrittura nitgħallmu xi trid;
Nimxu ilkoll maʼ Jehovah id f’id.
(Kor)
3. Dejjem, O Alla, nsegwuk b’mod ferħan.
Lilek biss nobdu, u qatt lix-Xitan.
Għalkemm il-għadu joqtolna irid,
Għinna biex nibqgħu nagħrfuk bħala s-Sid.
(KOR)
Jehovah bħal Blat, int qawwi w setgħan,
Ismek inxandruh għax int Sultan.
Glorjuż Jehovah, tant qawwi u kbir,
Bħala l-kenn tagħna int ħaqqek tifħir.