Għanja 71
Żomm Sod l-Aħbar Tajba!
1. Fis-servizz tagħna nżommu sod
Hekk kif joqrob it-tmiem.
Bħal aħwa naħdmu lkoll flimkien
Għax ftit biss fadal jiem.
Il-verità tiddi bħad-dawl.
Hemm ħafna xogħ’l xi jsir.
Dan xogħ’lna żgur ma jkunx għalxejn
Iġibilna ferħ kbir.
2. Sabiħa t-tama tal-irxoxt
Għax tfarraġ l-imnikktin,
Tgħin biex fil-fidi jikbru sod
U jsiru ferħanin.
Nemmnu dejjem irridu lkoll
F’ta’ Alla il-wegħdiet.
Qawwija w sodi nippridkaw
Mingħajr ebda firdiet.
3. Li nistinkaw hemm bżonn ilkoll
Biex l-għan tagħna nilħquh;
U rridu nfittxu sħab tajbin
Li se jibnu lir-ruħ.
B’din l-“aħbar tajba” nittamaw
Li lkoll ngħixu bla tmiem.
Lil Alla b’hekk nirringrazzjaw,
Bi Kristu fuq quddiem.