Għanja 113
Aħna x-Xhieda taʼ Jehovah!
1. Statwi jqimu n-nies tal-ġnus;
Minnhom Alla mhux meqjus.
Dak li Jistaʼ Kollox
Huwa ferm glorjuż!
Allat oħra ma jarawx,
Ma jħossux, ma jisimgħux;
Lix-xhieda tagħhom ma jsibuhomx
Għax setgħa t’Alla le m’għandhomx.
(Kor)
2. ‘Int Xhud tiegħi, tkunx beżgħan,’
Alla qal, għax għandu għan.
‘Jien Alla Jehovah,
Il-Mulej Sovran!
Jien salvajtek u ħadt ħsieb
Għax mal-foloz m’għamiltx ħbieb.
Ibqaʼ xandâr t’ismi kullimkien,
Uri l’ int tiegħi xhud f’kull żmien.’
(Kor)
3. Ngħollu ’l Alla bix-xandir,
Jindaf ismu mit-tmaqdir,
Waqt li nwissu l-ħżiena
Li ġej taqlib kbir.
Jaħfer Alla n-nies għall-ġid,
Jekk iduru lejh mill-ġdid.
B’hekk l-ippridkar iġib ferħ u sliem
B’tama li ngħixu lkoll bla tmiem!
(KOR)
Taʼ Jehovah Xhieda lkoll
Bil-kuraġġ sew nagħmlu x-xogħ’l.
Huwa Alla taʼ profetizzar;
Dak li Hu qal dejjem sar!