Għanja 37
Nagħmlu Isem Tajjeb m’Alla
1. L-approvazzjoni
Taʼ Alla rridu lkoll.
Biex nogħġbu lilu,
Għalhekk qed nagħmlu x-xogħ’l.
Miegħu isem nadif,
La għandna it-tagħrif,
Irridu jkollna,
La nafu kif.
2. Bil-kliem li ngħidu
Nuru nodfa aħniex.
U wkoll b’li nagħmlu
Nikxfu jekk ġieh ħaqqniex.
Aħna lkoll xewqanin
Li isem sew f’kull ħin
Nagħmlu maʼ Alla,
Li hu ħanin.
3. Isem qed nagħmlu
Għax t’Alla nagħtu kas,
Qegħdin attenti
Biex ilkoll nieħdu l-ħlas.
Jekk Kelmtu tkun fil-qrib,
Bi sforz isir titjib
U jkun Jehovah
Tagħna l-Ħabib.
4. Iż-żmien hu iebes;
Jinħtieġ li naħdmu sew
F’li nogħġbu ’l Alla
Qatt ma rridu ngħejjew.
Ejjew Lilu nobduh,
B’egħmilna sew nogħġbuh.
Bl-isem li nġibu
Tifħir nagħtuh.