Għanja 125
“Jehovah Qiegħed fuq in-Naħa Tiegħi”
1. Qalbi nżomm fuq Jehovah biex
Tkun soda u qawwija.
Jiena nixtieq nimxi fit-triq
Li ħejja hu għalija.
F’tal-ħajja l-vjaġġ nistaʼ insib
Illi minn mewġ inbaħħar,
Imm’ Alla jkun dejjem miegħi
B’imħabbtu ’l qalbi jsaħħar.
(Kor)
2. Jien naf li f’dan iż-żmien tat-tmiem
Għall-fidi se tkun prova.
Hemm jagħfsu fuqi ix-Xitan
W l-egħdewwa taʼ Jehovah.
Imma jien nistaʼ nibqaʼ sod
Taħt t’Alla l-protezzjoni.
Lejn dawk li ’l ismu iħobbuh
Hu juri affezzjoni.
(Kor)
3. Jehovah kabbar issa wkoll
Lill-ġens imqaddes tiegħu.
Hemm ħafna nies li jersqu lejh,
Jobduh u jimxu miegħu.
Appoġġ hu jagħti ’l nies bħal dawn;
Bihom tassew jitgħaxxaq.
Magħhom irrid żeluż inkun,
Għal dejjem bih nitgħaxxaq.
(KOR)
Jehovah hemm maʼ ġenbi jkun;
Infaħħru u nqaddsu għal dejjem.