Għanja 187
L-Affarijiet Kollha Magħmulin Ġodda
1. L-għelm taż-żminijiet juri li s-Saltna bdiet,
Il-glorja taʼ tron Bin Jehovah żied.
Fil-gwerra fis-sema rebbieħ kien kbir;
Dalwaqt hawn fuq l-art li jrid Alla jsir.
(Kor)
2. Lil Ġerusalemm Ġdida jilmħu l-bnedmin,
L-għarusa taʼ Kristu lesta fil-ħin.
Imżejna bil-ġawhar hi għall-Għarus
U tagħha Jehovah jkun dawl glorjuż.
(Kor)
3. Dil-belt tant sabiħa se ġġib ferħ li jdum,
Il-bwieb tagħha beraħ, kull lejl, kull jum.
Il-ġnus jimxu lkoll b’ta’ dil-belt id-dawl;
Mel’ ejjew minn issa nobdu il-qawl.
(KOR)
It-tinda t’Alla mal-bnedmin;
Bih magħna aħna ferħanin.
Ebda uġigħ, niket u mardiet,
Xejn biki għaliex spiċċaw l-imwiet;
Għax Alla qal: ‘Qed nagħmel kollox ġdid.
Dal-kliem veru u taʼ ġid.’