Għanja 103
Ixħet Toqlok fuq Jehovah
1. Ħa jkun talbi mismugħ minnek,
Taħbix wiċċek minni llum.
Agħti widen u weġibni
Biex imħasseb qatt ma ndum.
(Kor)
2. Kieku nistaʼ ntir bil-ġwienaħ,
Lejk nittajjar biex insib
Post taʼ kenn mill-għadu kiefer
Illi jġibni fit-tiġrib.
(Kor)
3. Jien se nsejjaħ lil Jehovah,
Hu li hu l-ogħla w suprem;
Hu jagħtini l-paċi vera
U jeħlisni minn kull hemm.
(KOR)
Ixħet toqlok fuq Jehovah;
Hu innifsu isostnik.
Qatt ma se jħallik tixxengel
Għax l-għajnuna żgur jagħtik.